Mit-Tnejn li ġej, il-Pulizija se tkun qiegħda tibda rondi ta’ rutina bejn l-Exiles u x-xatt ta’ Tas-Sliema bejn il-5:00 a.m u nofsillejl.
Ħabbar dan il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema fejn spjega li wara li saru t-taħditiet mal-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll mal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri ttieħdet din id-deċiżjoni sabiex tiżdied s-sigurtà fiż-żona.
IL-Kunsill qal li beħsiebu jkompli bit-taħditiet bil-għan li dawn is-sigħat ta’ sorveljanza jkunu jistgħu jiġu estiżi.
Dan qiegħed isir fid-dawl tal-aħħar każ fejn raġel ta’ 62 sena safa aggredit waqt li kien qiegħed jiġri fil-lokalità.
Fost dawk li kkummentaw b’rabta ma’ dan l-aħħar każ ta’ aggressjoni kien hemm id-deputata Nazzjonalista Eve Borg Bonello li qalet li l-każ seħħ eżattament fiż-żona fejn xi ħadd prova jisirqilha l-basket.