Tuesday, April 29, 2025

Fl-Isvezja: Nies feruti b’arma tan-nar

Aġenzija tal-aħbarijiet lokali tirraporta li nqatlu diversi persuni… Dawn ir-rapporti għad iridu jiġu kkonfermati

Aqra wkoll

Għadd ta’ persuni sfaw feruti b’arma tan-nar fl-Isvezja. Kollox beda meta bdew jinstemgħu ħsejjes qawwija fil-belt ta’ Uppsala. Il-pulizija Svediża s’issa qalet li kien hemm numru ta’ nies feruti u indikaw li l-arma wżata hija arma tan-nar.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li rċevew telefonati minn membri tal-pubbliku li qalu li semgħu dak li jaħsbu li huma tiri ta’ arma tan-nar fiċ-ċentru tal-belt. Parti kbir taż-żona ngħalqet biex isiru l-investigazzjonijiet.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Svediża “Expressen” fl-isparatura nqatlu diversi persuni iżda dawn ir-rapporti għad iridu jiġu kkonfermati. Għadu mhux magħruf jekk xi ħadd ġiex arrestat b’konnessjoni ma’ dan il-każ.

Din hija storja li għadha qiegħda tiżviluppa. Aġġornamenti jingħataw mal-ħin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport