Monday, December 23, 2024

Fl-Italja: Dawk mhux imlaqqmin projbiti jattendu attivitajiet fil-magħluq

Aqra wkoll

Persuni li ma tlaqqmux kontra l-Covid-19 fl-Italja mhumiex se jitħallew jidħlu f’ristoranti fil-magħluq, ċinemas u attivitajiet oħra wara regoli ġodda li daħlu fis-seħħ fl-aħħar sigħat.

Iċ-ċertifikat tal-vaċċin se jkun iċ-ċavetta biex fl-Italja tattendi għal dawn l-attivitajiet u dan ifisser li test negattiv mhuwiex se jkun biżżejjed biex il-poplu jattendi postijiet kulturali.

Dan qiegħed isir b’tentattiv biex eluf ta’ persuni li ma tlaqqmux biex jagħmlu dan fid-dawl ta’ rata ta’ infezzjonijiet li reġgħet qiegħda tgħolli rasha fuq livell globali.

Fl-Italja daħlu fis-seħħ miżuri oħra relatati mat-trasport pubbliku, mużewijiet u lukandi. Biex iċ-ċittadini jaċċessaw dawn il-postijiet jeħtieġ li jippreżentaw prova li ħadu minn tal-anqas doża waħda tat-tilqima, prova li riċentament fiequ mill-virus jew jippreżentaw test negattiv meħud sa 48 siegħa qabel.

Fil-pajjiż ir-rata ta’ tilqim hija pjuttost għolja meta kkumparata ma’ pajjiżi oħra, iżda dawn bejn it-30 u d-59 sena kienu fost l-anqas li resqu biex jitlaqqmu, bi kważi 3.5 miljun għadhom ma ħadux l-ewwel doża tat-tilqima.

Ekonomija

Sport