Tuesday, December 24, 2024

Fl-Italja l-Ministru Ian Borg b’numru ta’ laqgħat bilaterali

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

F’Ruma, l-Italja, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kompla bis-sensiela ta’ laqgħat bilaterali li qed jagħmel barra mill-pajjiż.

Il-Ministru Ian Borg kellu laqgħa ma’ Raffaele Fitto, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej, il-Politika ta’ Koeżjoni u l-Pjan Nazzjonali ta’ Rkupru u Reżiljenza tal-Italja. F’din il-laqgħa ġie diskuss r-relazzjoni b’saħħitha li għandha Malta mal-Italja, li jmorru lura għall-1964.

Il-Ministru Borg iddiskuta mal-Ministru Fitto l-possibilità ta’ aktar kooperazzjoni bejn Malta u l-Italja, anke fuq bażi Ewropea, b’mod partikolari fejn jidħlu l-isfidi u l-opportunitajiet li r-reġjun tal-Mediterran qiegħed jaffaċċja minn żmien għall-ieħor. Suġġett ta’ prijorità fuq l-aġenda tad-diskussjoni kien dak tal-immigrazzjoni.

Matul laqgħa oħra, il-Ministru Ian Borg iltaqa’ mal-Kummissjoni Parlamentari Taljana għall-Affarijiet Barranin u Komunitarji mmexxija minn Giulio Tremonti u l-Membri Parlamentari Paolo Formentini u Andrea Orsini. Huma ddiskutew it-temi tar-reġjun Mediterranju u l-importanza tal-istabiltà.

Fl-aħħar laqgħa, Ian Borg iltaqa’ mal-Ministru għall-Intrapriża tal-Italja Adolfo Urso biex jiddiskutu r-relazzjoni kummerċjali. “Minkejja li r-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi huma fost l-aqwa, xorta għandna l-għan li nkomplu ntejjbuhom.”, sostna l-Ministru Borg. Iż-żewġ ministri qablu dwar il-bżonn ta’ kooperazzjoni li minnha jibbenefikaw iż-żewġ popli.

Ekonomija

Sport