Madwar l-Italja kollha, fl-aħħar snin, minn meta faqqgħet il-pandemija COVID-19, ingħalqu madwar 500 ċinema. Dan tħabbar mill-operattur taċ-ċinemas Mario Lorini fejn saħaq li s-settur taċ-ċinematografija esperjenza nuqqas ta’ 20%.
Lorini kompla jgħid li jekk ma jkunx hemm l-intervent finanzjarju dirett tal-Gvern dan is-settur se jkun qed ikompli jitnaqqar minħabba l-pandemija.