Turist Amerikan ta’ 23 sena weġġa’ wara li qabad rotta pprojbita għall-Muntanja Vesuvju u waqa’ fil-ħofra tal-istess muntanja. Apparentament huwa niżel fil-ħofra tal-vulkan attiv li jinsab fl-Italja biex jipprova jtella’ l-mowbajl li waqagħlu għal isfel waqt li beda jiġbed ir-ritratti. Sfortunatament huwa tilef il-bilanċ u waqa’ bosta metri ‘l isfel.
Xi persuni li kienu fil-viċinanzi pruvaw jgħinuh jitla’ lura u anki sejħu ħelikopter biex jgħinuh joħroġ minn hemm.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post fejn seħħ il-każ. Huwa sofra ġrieħi ħfief f’idejh u fuq dahru, però skont il-ġurnal Taljan “La Repubblica” huwa rrifjuta li jittieħed l-isptar.
Skont mhu rrappurtat, ir-raġel Amerikan flimkien mal-familja tiegħu, ma xtrawx il-biljetti meħtieġa u minflok għaddew minn gate li wasslithom għal rotta pprojbita. Il-membri ta’ din il-familja qed jiġu investigati mill-Pulizija minħabba li qabdu rotta pprojbita biex telgħu fuq il-vulkan u injoraw it-tabelli kien hemm biex javżawhom illi kienu jinsabu fil-periklu. Huma jinsabu fiċ-ċans li jiġu akkużati b’invażjoni ta’ art pubblika.
Il-Vesuvju għadu meqjus bħala wieħed mill-iktar vulkani perikolużi tad-dinja minħabba li jinsab viċin wisq iż-żoni residenzjali. Huwa stmat li hemm madwar 600,000 persuna li jgħixu f’din iż-żona tant perikoluża.