Monday, December 9, 2024

“Flimkien bdejna nibdlu n-narrattiva”

Id-Direttur tal-Appoġġ Graziella Castillo tisħaq fl-importanza nibdnu soċjetà li fiha l-vjolenza, inluża dik domestika, mhiex tollerata

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Id-direttur tal-Appoġġ, Graziella Castillo qalet li, “din mhiex biss ċelebrazzjoni ta’ 30 sena ta’ ħidma fost dawk li esperjenzaw it-trawma tal-vjolenza domestika fis-soċjetà tagħna imma anke okkażjoni għal riflessjoni, rikonoxximent u determinazzjoni”.

Bħala l-ewwel kelliema fil-konferenza “Niċċelebraw 30 Sena ta’ Għajnuna lill-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika” li għaddejja dalgħodu, Castillo qalet li 30 sena ilu s-soċjetà tagħna kienet tagħlaq għajnejnha quddiem il-problema tal-vjolenza domestika fejn is-silenzju kien in-norma u l-vittmi kienu jsofru waħidhom.

“Iżda flimkien bdejna nibdlu din in-narrattiva. Għamilna wegħda ma’ dawk li ħassewhom iżolati u bla vuċi, li se nkunu aħna l-vuċi tagħhom fil-ġlieda għall-ġustizzja. Castillo elaborat li x-xogħol tagħhom mhuwiex biss li jipprovdu xelter u assistenza lill-vittmi f’sitwazzjoni tal-kriżi, “anzi, dan huwa biss il-bidu”.

Sostniet li din hija ħidma biex nibdlu l-mentalità tal-pubbliku u jkollna kultura ta’ rispett li fiha nifhmu lil dawn il-vittmi. Dan “biex nibnu soċjetà li fiha l-vjolenza, f’kull forma tagħha, mhiex tollerata,” temmet Graziella Castillo.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport