Tuesday, December 24, 2024

F’Londra: Raġel jintlaqat minn ferrovija wara li pprova jimbotta mara għal fuq il-binarji

Aqra wkoll

Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, intlaqat minn ferrovija wara li pprova jimbotta mara fuq il-binarji fl-istazzjon ta’ King’s Cross f’Londra.

Il-mara ma weġġgħetx f’dan l-inċident iżda r-raġel ittieħed l-isptar minħabba li sofra xi ġrieħi f’rasu.

Kelliema għall-puliizija qalu li r-raġel ipprova jimbutta lil din il-mara fuq il-binarji qabel ma ntlaqat hu stess mill-ferrovija. Għalkemm il-mara ma weġġgħetx, kienet taħt xokk qawwi minħabba li ġara kollox għal għarrieda. 

Mill-ewwel stħarriġ, qed jirrlżulta li l-mara u r-raġel ma jafux lil xulxin. Ir-raġel ġie arrestat fq suspett ta’ attentat ta’ qtil u ttieħed l-isptar għal kura meħtieġa. 

Minħabba dan l-inċident sfortunat, kien hemm dewmien kbir fl-istazzjon ta’ King’s Cross wara li s-servizz tal-ferrovija kellu jieqaf għal ftit tal-ħin. 

Il-pulizija qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex kull min għandu xi informazzjoni dwar dan l-inċident, jagħmel kuntatt magħhom. 

Ekonomija

Sport