Sunday, October 27, 2024

F’Londra: Tfal taħt l-għaxar snin offruti l-vaċċin tal-Polio wara li nstab il-virus fid-drenaġġ

Aqra wkoll

Hekk kif il-virus ġie skopertat ġod-dranaġġ waqt spezzjoni ta’ rutina, tfal taħt l-għaxar snin se jkunu jistgħu jieħdu l-vaċċin tal-Polio. Dan wara li l-uffiċjali tas-saħħa wissew lill-poplu li hemm trażmissjoni tal-virus.

Bħalissa għaddejja ħidma min-naħa tal-ħaddiema tas-saħħa fejn qed iniedu programm għat-tilqima għat-tfal. Dan ifisser li kważi miljun tifel u tifla se jkunu jista jibbenefikaw minn din it-tilqima. Dawk li għadhom ma ħadux it-tilqim kollha se jkunu offruti d-doża li jmiss filwaqt li dawk li ħadu d-dożi kollha se jkunu offruti l-booster.

Il-ġenituri tat-tfal se jkunu qed jiġu kkuntattjati meta t-tfal tagħhom ikun imisshom it-tilqima. Huwa mifhum ukoll li t-tfal jistgħu jgħaddu dan il-virus lil xi ħadd ieħor mingħajr ma jkollhom l-iċken sintomu tiegħu.

L-ewwel virus tal-Polio nstab aktar kmieni din is-sena waqt li kienu qed isiru xi xogħlijiet tad-dranaġġ f’Beckton. Minn dak iż-żmien in-numru kompla jiżdied. Skont l- UKHSA, b’kollox instabu 116-il kampjun madanakollu żiedet tgħid li jista’ jkun li sabu kampjuni mill-istess persuna f’diversi okkażjonijiet.

Il-virus li nstab fil-kampjuni riċentament evolva fl-Ingilterra u qed ikun ikklassifikat bħala ‘vaccine-derived’ poliovirus type 2. Dan it-tip ta’ virus jista’ jinfirex faċilment fuq dawk li ma jkunux vaċċinati b’sempliċiment għatisa jew sogħla minn peersuna li tkun infettata.

Sport