Id-direttur sportiv ta’ Bayern Munich Christop Freund żvela li l-klabb qed jippjana li jikseb is-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Bayer Leverkusen Florian Wirtz.
Freund faħħar l-attitudni professjonali ta’ Wirtz u sostna li jarah ideali għat-tattika tal-kowċ ta’ Bayern Munich Vincent Kompany..
Wirtz għandu 21 sena u diġa’ lagħab 113-il logħba mat-tim minn Leverkusen filwaqt li skorja 29 gowl.