Sunday, December 22, 2024

Florian Wirtz segwit minn Manchester City 

Aqra wkoll

Manchester City qed ifittxu plejer f’nofs il-grawnd li jista’ jkun sostitut denju ta’ Kevin de Bruyne li issa m’għadux daqshekk żgħir. Hekk kif Lucas Paqueta ma ftehimx mas-Citizens, l-għażla tad-diriġenti Ingliżi issa waqgħet fuq Florian Wirtz, midfielder ta’ 20 sena li jilgħab ma’ Bayer Leverkusen. Dan tal-aħħar għandu kuntratt sas-sena 2027 mat-tim minn Leverkusen u mhux se tkun biċċa xogħol faċli għal Manchester City sabiex jakkwistawh.  

Wirtz qed jitqies bħala plejer ta’ talent fil-Ġermanja li qiegħed ikun ukoll imsejjaħ mat-tim nazzjonali tant li diġa’ lagħab tmien darbiet.  

Ekonomija

Sport