Sunday, December 22, 2024

Floriana Ajax fis-seba’ post tal-Mission Darts Champions League

Aqra wkoll

Floriana Ajax spiċċaw fis-seba’ post tal-Mission Darts Champions League meta fl-aħħar logħba tagħhom f’dan it-tournament fil-Ġermanja għelbu lil Asas Adatas tal-Latvja 5-3.

Kienet wirja kollettiva mill-Greens li kienu 2-0 minn fuq għalkemm it-tim mil-Latvja wettaq reazzjoni u ġab l-iskor indaqs.

Floriana reġgħu marru minn fuq u żammew dan il-vantaġġ minkejja li Asas Adatas baqgħu dejjem viċin tagħhom.

Aktar qabel, Floriana bdew it-tieni ġurnata ta’ logħob b’telfa ta’ 5-2 kontra s-Slovakki ta’ Garzol Bardejov.

Din kienet l-ewwel edizzjoni ta’ dan it-tournament u fl-istess waqt l-ewwel darba li klabb Malti ħa sehem f’avveniment internazzjonali.

L-iskwadra Furjaniża kienet magħmula minn Jonathan Aquilina, Twanny Roberts, Eucharist Baldacchino, Ray Gera, Omar Aquilina, Joseph Aquilina u Anthony Borg.

Ekonomija

Sport