Floriana Ajax bdew l-impenji tagħhom fi grupp B tal-Mission Dart Champions League li qed issir fil-Ġermanja. Huma sofrew tliet telfiet minn daqstant logħbiet sabiex illum se jkunu qed jilagħbu l-logħba għall-ħames u s-sitt post bit-tama li jiksbu riżultat tajjeb.
Fl-ewwel logħba, il-Greens ġew megħluba mit-Taljani ta’ Rambla Steel 8-1 sabiex fit-tieni konfront huma kellhom wirja aħjar kontra DSV Rosenthal tal-Awstrija għalkemm tilfu 6-3.
It-tielet logħba bejn il-Furjaniżi u d-Daniżi ta’ Club Aros kienet ferm viċin xulxin b’dawn tal-aħħar jirbħu 5-4.
L-iskwadra Furjaniża hi magħmula minn Jonathan Aquilina, Twanny Roberts, Eucharist Baldacchino, Ray Gera, Omar Aquilina, Joseph Aquilina u Anthony Borg.