Saturday, December 21, 2024

Floriana champions tax-xitwa

Aqra wkoll

Birkirkara ……0

Floriana ………1

Minn Cristian Muscat

F’partita li ħadet il-ħajja fit-tieni taqsima, b’wirja ta’ karattru, Floriana, għelbu lil Birkirkara bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex b’hekk rebħu l-Ewwel Fażi tal-Malta Premier.

Kienet rebħa meritata għall-Greens li ddominaw il-partita għall-ħinijiet twal b’Birkirkara jonqsu milli jimpressjonaw, fejn ħolqu azzjoni waħda biss denja ta’ nota lejn tmiem il-partita, biex wara t-telfa ta’ 2-0 kontra Hibernians, din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għalihom.

Kienu Floriana li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss ħames minuti, xutt ta’ Dunstan Vella minn barra l-kaxxa għadda ftit barra.

Il-partita kompliet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground fejn ma ġiet innotata l-ebda azzjoni oħra denja ta’ nota.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsiam, Floriana, ħarġu ferm aggressive u ta’ dan ġew ippremjati u meta fis-47 minuta fetħu l-iskor hekk kif f’azzjoni brillanti, Matias Nicolas Garcia pprovda l-assist lil CARLO ZAMMIT LONARDELLI li kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u minn taħt il-lasti tefa’ ġewwa.

Erba’ minuti wara Jake Grech avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda ra lill-goalkeeper ta’ Birkirkara, Giacomo Volpe, isalva tajjeb minn mal-art.

Il-Greens baqgħu l-aħjar team u fil-61 minuta, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Oualid El Hasni, li kien żmarkat għal kollox, għaddiet ftit barra.

Fis-87 minuta, il-Greens kellhom f’saqaj­hom il-ballun tat-tieni goal meta Franklin Sasere dar tajjeb ma’ player avversarju iżda kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jintemm ftit barra.

Birkirkara wieġbu għall- ewwel darba fil-ħin miżjud permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Gislain Yikpe li ġie salvat b’diffikultá minn mal-art mill-goalkeeper ta’ Floriana, Christoffer Mafoumbi.

Wara din l-azzjoni , Floriana komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita mingħajr xkiel.

BIRKIRKARA: : 1-Giacomo Volpe, 3-Manuel Ignacio Morello, 5-Agustin Sandona, 7-Shaun Dimech, 8-Paul Mbong (99-Juan Jose Siafa 58), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 24-Leandro Lacunza, 30-Nathan Cross (77-Maicon De Souza Da Silva 58), 91-Maxuell Maia, 93-Gislain Yikpe (18-Seth Paintsil 58) – Coach: Ishamel Barbara

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasndi, 7-Mattia Veselji, 8-Jake Grech, 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 27-Franklin Sasere, 79-Guy Serge Yameogo, 97-Emerson Santos De Souza  – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: ames Muscat, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORER: C. Zammit Lonardelli 47 (F)

AMMONITI: M. Maia, A. Sandona (B), M. Veselji (F)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport