Floriana FC ħabbru l-akkwist ta’ Myles Beerman, li se jkun qed jirritorna mal-klabb fejn beda l-vjaġġ tiegħu fil-futbol, wara li ngħaqad ma’ Sliema Wanderers FC.
Prodott tat-tim ta’ Floriana FC, Myles libes il-flokktal-greensr għall-ewwel darba matul is-snin formattivi tiegħu, u r-ritorn tiegħu jimmarka ritorn speċjali kemm għall-plejer kif ukoll għall-klabb. Minn dakinhar, bena karriera soda, fejn kiseb esperjenza kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, inkluż żmien ma’ Manchester City u fl-Iskozja mar-Rangers, u żviluppa f’difensur affidabbli u versatili.
Myles irrappreżenta wkoll lil Malta f’diversi livelli tal-youths u fil-livell internazzjonali tal-kbae, u ġab miegħu esperjenza siewja lill-iskwadra.
Fi stqarrija, Floriana FC, qalu li jinsabu kuntenti li jilqgħu lil Myles lura ma’ Floriana FC u qed jistennew bil-ħerqa li jarawh jikkontribwixxi għat-tim.



