Floriana FC ħabbru l-akkwist tal-goalkeeper Spanjol, Pablo Picón, għall-istaġun 2025/26.
Il-goalkeeper ta’ 25 sena, imwieled f’Valencia, ipprogressa fis-sistema tal-youths ta’ Levante UD, fejn tħarreġ regolarment mal-ewwel tim tal-La Liga filwaqt li kompla l-iżvilupp tiegħu fi ħdan l-istruttura tal-klabb.
Aktar tard qatta’ żmien ma’ Real Valladolid Promesas qabel ma temm staġun ferm pożittiv sod 2024/25 ma’ Penya Deportiva.