Thursday, February 5, 2026

Floriana FC jikkonfermaw l-akkwist tal-midfielder offensiv internazzjonali Malti, Paul Mbong

Aqra wkoll

Floriana FC ikkonfermaw l-akkwist tal-midfielder offensiv internazzjonali Malti, Paul Mbong.

Mbong ilu jitħabat biex jilgħab mal-ewwel 11 tat-tim Serb tal-ogħla livell FK Cukaricki, u meta ġiet l-opportunità li seta’ jerġa’ lura Malta, l-eks plejer ta’ Birkirkara ħataf l-opportunità biex jirritorna f’pajjiżna.

Huwa mifhum li l-plejer ta’ 24 sena se jirritorna Malta b’self sal-aħħar tal-istaġun.

“Floriana FC bi pjaċir iħabbru l-akkwist tal-plejer internazzjonali Malti Paul Mbong,” qalu Floriana FC fi stqarrija.

“Il-winger ta’ 24 sena jingħaqad mal-klabb mingħand it-tim Serb tas-SuperLiga FK Čukarički, u ffirma sal-aħħar tal-istaġun. Paul iġib miegħu veloċità, esperjenza u kwalità fl-attakk, u issa jħares ’il quddiem lejn kapitlu ġdid mal-Greens.

“Nilqgħu lil Paul fil-familja ta’ Floriana u nawgurawlu kull suċċess mal-klabb.”

Huwa mifhum li Paul Mbong mistenni jattendi l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tiegħu ma’ Floriana illum il-Ħamis u jista’ jagħmel id-debutt tiegħu kontra Gzira United nhar il-Ħadd.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport