Monday, November 24, 2025

Floriana jaqbżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika

Aqra wkoll

FLORIANA……………. 2

MARSAXLOKK……….. 1

Floriana qabżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika  meta għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-1, f’partita mimlija emozzjonijiet fejn il-FVS ġie konsultat tliet darbiet, darbtejn minn Marsaxlokk u darba minn Floriana.

Floriana fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta Federico Varela pprovda l-assist lil DUNSTAN VELLA li kkontrolla tajjeb u minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Iżda  fis-27 minuta Marsa­xlokk kisbu d-draw meta  d-difensur ta’ Floriana, Iago Perreira Mendonca, fit-tentattiv li jikklerja l-ballun bir-ras xeħet fix-xibka tiegħu stess. 

Madankollu, fit-43 minuta, Floriana reġgħu marru fil-vantaġġ meta Jake Grech għadda tajjeb lejn CHARLES M’MOMBWA, li kkontrolla u antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper Sanchez billi tefa’ l-ballun fix-xibka.

Floriana: Guilherme Cioletti Ferreira Da Silva, Lucas Lopez Dessypris, Jake Grech, Federico Varela Escudero, Dunstan Vella, Kouya Aristide Mabea, Owen Spiteri (Gonzalo Julian Gamarra 84), Francisco Coelho Teixeira (Rui Linhares Areias 59), Charles M’Mombwa (Aleandro Garzia 65), Iago Perreira Mendonca, Mattia Veselji – Coach: Daniel Portela

Marsaxlokk: Nino Pablo Sanchez, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Nevin Portelli (Marcelo Barros Santos 57), Fred Tsoumou Hama Jubhel, Jose Ulises Arias, Juan Carlos Corbalan, Jorge Ailton Soares (Ensell Attard 81), Joseph Minala (Ayom Majok Ayom 90), Leandro Damien Aguirre – Coach: Vincenzo Potenza

Referee: Ismael Barbara

assistenti: Duncan Spencer, James Muscat

Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic

Skorers: D. Vella 17, C. M’Mombwa 43 (F); I. Mendonca 28 og (M)

Ammonit: C. M’Mombwa (F)

Player tal-Logħba: Jake Grech (F)

SLIEMA WANDERERS…….2

BIRKIRKARA……………… 1

Sliema Wanderers għelbu lil Birkirkara bl-iskor sta’ 2-1 li kellhom lill-goalkeeper, Miguel Angel Martinez, imkeċċi fid-49 minuta.

Kienu Birkirkara li wara żewġ minuti fetħu l-iskor b’xutt ta’ LUIS MINA CORDOVA mill-viċin.

Fit-tieni taqsima, il-Wanderers dawru telfa f’rebħa permezz ta’ ROKO PRSA (64) u STEVE PISANI (82).

Sliema W.: Rashed Al Tumi, Jean Borg, Adam Magri Overend, Vito Plut (Kyrian Nwoko 84), Roko Prsa, Gustavo Alcino (Jose Gomez Junior 54), Mamadu Bah Sulahmana, Wescley Matos Da Silva, Murilo Henrique Freire Bernardo, Steven Pisani, Thiago Espindola De Paul – Coach: Paul Zammit

Birkirkara: Miguel Angel Martinez, Francisco Lopez Garrone, Manuel Ignacio Morello, Luis Mario Cordova Mina, Shaun Dimech, Kaiden Fenech (Geoffrey Acheampong 69), Asumah Abubaker-Ankrah (Matthew Grech 52), Leandro Lautaro Lacunza, Neil Micallef, Donovan Stephane Makoma (Marcos Maydana 87), Lucas Ribeiro De Oliveira – Coach: Gianluca Festa

Referee: Alex Johnson

assistenti: Duncan Sultana, Vasil Vasilev

Raba’ Uff.: Daniel Portelli

Skorers: L. Mina 2 (B); R. Prsa 64, S. Pisani 82 (SW)

Ammoniti: L. Mina, S. Dimech, L. Lautaro, D. Makoma (B)

Tkeċċa: M. Martinez 49 (B)

Player tal-Logħba: R. Prsa (SW)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport