Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg
Floriana ………..2
Gzira United ….1
F’partita mill-isbaħ, Floriana dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Gzira United 2-1. Detrimentali għall-Maroons kienet it- tkeċċija ta’ Luke Tabone fit-53 minuta hekk kif minn hemm ‘il quddiem Floriana ħadu l-kmand tal-logħba, u rnexxielhom joħorġu mill-ground bit-tliet punti.
Gzira United fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu, fil-ħames minuta, meta Jackson Mendoza għadda tajjeb lejn YURI DE JESUS MESSIAS li avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel ma b’xutt fil-baxx tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Bulgaru ta’ Floriana, Georgi Kitanov.
Iżda l-Maroons bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li l-Greens ma rebħux penalty tliet minuti biss wara meta Luke Tabone waqqa’ lil Kristian Keqi fil-kaxxa. Madankollu, mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess Keqi li ra lil Justin Haber isalva bi bravura.
Iżda wara dawn iż-żewġ azzjonijiet il-partita naqqset mir-ritmu biex il-Maroons daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ goal.
Iżda fit-53 minuta, huma qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċilhom Luke Tabone għal karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq Andrei Ciolacu.
Il-Greens bdew japprofittaw minn dan il-vantaġġ numeriku u tliet minuti wara Ryan Camenzuli avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel xeħet cross-shot għan-nofs li madankollu ntemm barra hekk kif l-ebda player minn sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.
Huma komplew fuq l-offensiva u mas-siegħa logħob Jose Ulises Arias kellu daqqa ta’ ras minn taħt il-lasta tiġi maqlugħa minn fuq il-linja fatali minn Gabriel Bohrer Mentz b’daqqa ta’ ras oħra biex salva goal ċert.
Kulma jmur kompla d- dominju ta’ Floriana u fis-66 minuta, minn azzjoni ta’ corner is-sostitut Jan Busuttil xeħet cross għan-nofs bil-ballun jintemm għand Ouald El Hasni li iżda kellu x-xutt tiegħu jintemm mal-wieqfa.
Iżda fit-78 minuta, Floriana kisbu d-draw meta ANDREA CIOLACU b’xutt għar-rokna wara azzjoni personali ta’ Arias.
Fid-89 minuta, Floriana skorjaw il-goal tar-rebħa b’xutt mid-distanza ta’ RYAN CAMENZULI wara clearance qasira.
FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (77-Aleandro Garzia 88), 3-Chrstian Rutjens (28-Emiliano Caligari 61), 4-Oualid El Hasni, 5-Zachary Cassar, 9-Kristijan Keqi (29-Eugeniu Rebenja 46), 10-Jose Ulises Arias, 11-Andrei Ciolacu, 22-Brandon Paiber, 94-Ryan Camenzuli, 96-Daniel Agius (30-Jan Busuttil 46) – Coach: Gianluca Atzori
gZIRA U.: 16:Justin Haber, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani, 8-Zachary Scerri, 11-Yuri De Jesus Messias (19-Martin Davis 61), 17-Clive Gauci (91-M. Maia 72), 93-Thiago Espindola (20-Nevin Portelli 55), 94-Jefferson de Assis, 98-Jackson Mendoza – Coach: Darren Abdilla
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Chris Francalanza, Vasil Vasilev
RABA’ UFF: Alexandar Jovanovic
SKORERS: Y. De Jesus Messias 5 (GU), A. Ciolacu 78, R. Camenuzli 89 (F)
AMMONITI: J. De Assis, S. Pisani (GU), B. Paiber, O. El Hasni (F)
TKEĊĊA: L. Tabone 53 (GU)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Yuri De Jesus Messias (GU)