Floriana ………2
Gudja Utd ……0
Floriana telgħu fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier meta b’żewġ goals fit-tieni taqsima għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 2-0. Kienet rebħa li poġġiethom punt fuq Hibernians wara li dawn ġew miżmuma fi draw minn Hamrun Spartans.
B’hekk il-Furjaniżi estendew il-mixja pożittiva tagħhom għal għaxar logħbiet b’din ir-rebħa tkun ir-raba’ waħda infila għat-team immexxi minn Gianluca Atzori.
Min-naħa l-oħra Gudja baqgħu fis-seba’ post tal- klassifika, punt wara Gżira United u Sirens li madankollu għandhom logħba anqas.
Kienu Floriana li resqu viċin wara tmien minuti meta kellhom free-kick mil-lemin ta’ Jan Busuttil li ġie mblukkat minn Formosa bil-ballun jasal għand Arias li kellu xutt salvat mill-goalkeeper ta’ Gudja.
Fit-28 minuta, Paiber għadda ballun fit-tul lejn Ciolacu li avvanza, ġibed lejn il-lemin u daħal fil-kaxxa imma l-konklużjoni tiegħu spiċċat ftit għoli.
Il-logħba kompliet tkun movimentata bil-ballun tiela’ u nieżel iżda biż-żewġ difiżi jikkontrollaw tajjeb sakemm fl-44 minuta, Magri Overend daħal tajjeb fuq il-lemin iżda kkonkluda barra.
Fit-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet komplew jilagħbu football sabiħ sakemm, fis-67 minuta, Floriana fetħu l-iskor meta minn cross ta’ Ciolacu, Magri Overend għadda l-ballun lejn JAN BUSUTTIL li b’xutt għar-rokna għeleb lil Formosa.
Għaxar minuti mi-tmiem, Floriana rduppjaw grazzi għas-sostitut KEMAR REID li rċieva pass intelliġenti ta’ Busuttil u mill-viċin għeleb lil Formosa b’xutt fil-baxx.
Fil-ħin miżjud, Gudja setgħu naqqsu l-iżvantaġġ iżda t-tentattiv tas-sostitut Dzalamidze ġie maqlugħ minn fuq il-linja minn Oualid El Hasni.
FLORIANA: 26-Manuel Bartolo, 2-Adam Magri Overend, 3-Christian Rutjens, 4-Oualid El Hasni, 5-Zachary Cassar, 6-Rumyan Hovsepyan (20-Matias Nicolas Garcia 85), 10-Ulises Arias (8-Kemar Reid 62), 11-Andrei Ciolacu (9-Kristian Keqi 72), 22-Brandon Paiber, 30-Jan Busuttil (96-Daniel Agius 85), 94-Ryan Camenzuli – Coach: Gianluca Atzori
GUDJA U.: 12-Duncan Formosa, 5-Matias Roberto Muchardi, 7-Aidan Jake Friggieri, 8-Rodolfo Soares (24-Farid Romero Zuniga 76), 13-James Arthur, 17-Gabriel Mensah (28-Nika Dzalamidze 83), 19-Ahinga Bienvenu Selemani, 23-Neil Tabone, 25-Juan Bolanos Ramires, 81-Neil Anthony Micallef (29-Giorgi Nikabadze 72), 99-Marcelo Dias – Coach: Thane Micallef
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Emanuel Grech
SKORERS: J. Busuttil 67, K. Reid 80 (F)
AMMONITI: N. Micallef, A. Friggieri (GU); Z. Cassar, R. Hovsepyan, J. Busuttil, R. Camenzuli (F)