Santa Lucia…………….0
Floriana…………………2
Floriana kisbu tliet punti prezzjużi meta skorjaw darbtejn fit-tieni taqsima, biex għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 2-0.
B’hekk il-Greens laħqu lir-rivali Valletta fis-seba’ post, waqt li Santa Lucia jinsabu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika flimkien ma’ Pietá Hotspurs, tliet punti taħt Zebbug Rangers.
Floriana setgħu marru fil-vantaġġ fis-16-il minuta meta huma rebħu penalty, iżda t-tentattiv mill-11-il metru ta’ Mattia Veselji ġie newtralizzat mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Matthew Calleja Cremona.
Madankollu, huma rnexxielhom jiftħu l-iskor fil-55 minuta meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, Kemar Reid waqqa’ l-ballun bir-ras lejn MATTIA VESELJI li permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Calleja Cremona.
Fil-71 minuta, Floriana ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal meta wara li rċieva minn cross mix-xellug ta’ Jan Busuttil, ADAM MAGRI OVEREND, permezz ta’ xutt mill-ewwel, tefa’ ġewwa.
Il-Greens komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
Santa Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 2-Matthias Vella (20-Francisco Rodrigues Faria 60), 6-Nicholas Pulis, 8-Robert Bairam, 9-Kyrian Nwoko (27-Miguel Angel Alba 60), 10-Ayad Liam Bi Bah (11-Jan Tanti 72), 14-Dexter Xuereb, 17-Jurgen Pisani, 24-Rodolfo Soares, 28-Yevhenni Terzi (13-Diego Francarolli Pacheco 79), 88-Robert Hehedosh (21-Jamie Carbone 79) Coach: Vincenzo Potenza
Floriana: 1-Duncan Formosa, 2-Adam Magri Overend (77-Aleandro Garzia 78), 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji (26-Alen Melunovic 79), 8-Kemar Reid, 10-Jose Ulises Arias, 17-Owen Spiteri (14-Eman Micallef 94), 20-Matias Nicolas Garcia, 25-Lorenzo Trillo, 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil Coach: Gianluca Atzori
Referee: Glen Tonna
Ass. Referees: Alan Camilleri, Vasil Vasilev
Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson
Skorers: M. Veselji 55, A. Magri Overend 71 (F)
Ammoniti: E. Callegari (F)