Friday, November 22, 2024

Floriana jerġgħu jaqsmu l-ewwel post ma’ Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Floriana …….3

Sirens ………..0

Floriana rreġistraw rebħa ta’ 3-0 fuq Sirens biex laħqu lil Hamrun Spartans fil-quċċata tal-klassifika bi 17-il punt u għaldaqstant il-kampjonat qed ikun ferm interessanti.

Min-naħa ta’ Sirens, issa issa bdiet tixgħel il-bozza l-ħamra għalihom hekk kif baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika flimkien ma’ Sta Lucia b’żewġ punti biss hekk kif għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħu u huma ferm ‘il bogħod mill-forma tal-istaġun preċedenti.

Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il mi­nuta meta Kemar Reid kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata mill-goalkeeper Andrea Cassar.

Sirens wieġbu fis-36 minuta meta s-sostitut Charles Agyemang temm azzjoni personali billi għadda taj­jeb lejn Nicholas Pulis iżda x-xutt tiegħu spiċċa barra.

Fl-45 minuta, il-Greens fallew ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Matheus De Sousa għadda tajjeb lejn Kemar Reid li min-naħa tiegħu indirizza cross fil-baxx lejn Dunstan Vella li kellu x-xutt tiegħu mblukkat.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Floriana, ħarġu tajjeb u fil-55 minuta Maksim Valadzko għadda lejn Leonrdo da Grazia li kellu x-xutt tiegħu jintemm barra.

Seba’ minuti wara, Flo­riana fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner id-difiża ta’ Sirens naqset milli tikklerja bil-ballun jintemm għand il-captain OUALID EL HASNI li b’daqqa ta’ ras tefa’ ġewwa.

Sirens wettqu reazzjoni u fis-70 minuta, ix-xutt ta’ Mohammed Akadom ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper, Georgi Kitanov. 

Fil-81 minuta, huma rduppjaw meta minn azzjoni personali, KEMAR REID, għe­leb lil Cassar b’xutt fil-baxx.

Bil-partita mirbuħa u mitlufa, Floriana komplew jiddominaw u fid-89 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal meta LORENZO DA GRAZIA venven xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Andrea Cassar, bil-ballun jintemm fis-saqaf tax-xibka.

FLORIANA: 33-Georgi Kita­nov, 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji (22-Kyrian Nwoko 83), 8-Jose Ulises Arias (2-Adam Magri Overend 83), 9-Kemar Reid, 11-Matheus de Sousa, 12-Dunstan Vella, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 24-Lorenzo De Grazia, 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouro   – Coach: uro Camoranesi

SIRENS: 1-Andrea Cassar, 3-Tiago Almeida Battim, 5-Prosper Boakye, 8-Nicholas Pulis, 11-Daniel Opoku, 18-Mohammed Akadom (10-Frank Boateng 74), 22-Alex Cini, 29-Kwasi Donsu (9-Jonathan Hinestroza 80), 31-Degran Jackson, 32-Mukhtar Moro (17-Charles Agyemang 28), 99-Nixon – Coach: Steve D’Ama­to

REFEREE: Daniel Casha

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: . El Hasni 62, K. Reid 81, L. Da Grazia 89 (F)

AMMONITI: M. De Sousa (F), M. Akkadom, T. Almeida Battim (S)

Sport