Haverfordwest C. …2
Floriana …………….3
(Aggregate Floriana 5-3)
Barra minn darhom, Floriana dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Haverfordwest County ta’ Wales bl-iskor ta’ 3-2 biex ikkwalifikaw għat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League, b’aggregate ta’ 5-3, biex issa jilagħbu kontra FK Ballkani tal-Kosovo.
Haverfordwest kellhom bidu mill-aqwa meta fil-11-il minuta, fetħu l-iskor minn azzjoni ta’ corner bl-iskorer, Greg Walters, jirranġa l-ballun b’idu qabel xeħet fix-xibka, bir-referee inġustament jikkonvalida l-goal.
Sitt minuti wara, it-team ospitu rdoppja meta l-ballun wasal għand Ben Ahmun li daħal fil-kaxxa u minn pożizzjoni ferm angolata rnexxielu jdawwar il-ballun fix-xibka.
Iżda żewġ minuti wara, Floriana naqqsu l-marġni tal-iskor meta f’tarf il-kaxxa, Jake Grech għadda lejn Carlo Zammit Lonardelli li kien ġej bil-ġirja u b’xutt mid-distanza għeleb lill-goalkeeper, Luc Rees, megħjun minn devjazzjoni ta’ Kyle McCarthy.
Fl-44 minuta, tkeċċa Alaric Jones għat-tieni karta safra wara li kkommetta penalty fuq Mustapha Jah … u mill-11-il metru Jake Grech xeħet lil Rees fuq in-naħa l-ħażina.
Fit-48 minuta, Floriana ħelsuha ħafif meta Ahmun ġie mċaħħad mill-wieqfa. Madankollu, fis-67 minuta, Floriana skorjaw it-tielet goal meta Charles M’Mombwa minn pożizzjoni ferm djagonali xeħet il-ballun fis-saqaf tax-xibka.
Fit-93 minuta, it-team ospitu kellu lil Rhys Abbruzzese mkeċċi għal żewġ karti sofor.
Haverfordwest C.: 31-Luc Rees (4-Elliot Scotcher 78), 2-Dylan Rees, 3-Rhys Abbruzzese, 5-Alaric Jones, 7-Ricky Watts (24-Iori Humphreys 57), 8-Corey Shephard, 9-Ben Fawcett (20-Owain Jones 65), 10-Daniel Hawkins (14-Luc Owen 78), 17-Kyle McCarthy, 18-Greg Walters, 28-Ben Ahmun – Coach: Tony Pennock
Floriana: 23-Guilherme Cioletti, 2-Lucas Lopez, 8-Jake Grech, 10-Federico Varela, 12-Dunstan Vella, 19-Mustapha Jah, 21-Carlo Zammit Lonardelli (77-Alejandro Garcia 32), 24-Charles M’Mombwa (70-Mattia Veselji 83), 25-Gonzalo Gamarra, 27-Todor Glisovic (11-Zachary Scerri-65) , 34-Iago Mendonca – Coach: Daniel Portela
Referee: Joao Goncalves (Portugall)
assistenti: Luciano Maia, Tiago Costa (Portugall)
Raba’ Uff.: David Rafael Oliveira Da Silva (Portugall)
Skorers: G. Walters 11, B. Ahmun 17 (H); C. Zammit Lonardelli 19, J. Grech 45 pen, C. M’Mombwa (F)
Ammoniti: A. Jones, C. Shephard, R. Abbruzzese (H); C. Zammit Lonardelli, Z. Scerri, A. Garzia (F)
Tkeċċa: A. Jones 44, R. Abbruzzese 93 (H)