Mosta … 0
Floriana … 3
Floriana komplew jikkonvinċu u għelbu l-isfida ta’ Mosta bl-iskor ta’ 3-0 biex fetħu vantaġġ ta’ sitt punti fil-quċċata tal-klassifika fuq Hamrun Spartans li jridu jirkupraw partita meta, nhar l-Erbgħa li ġej, jilagħbu kontra Gzira United.
Il-Greens ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss tliet minuti fetħu l-iskor minn daqqa ta’ ras stupenda ta’ Matheus De Sousa li ma tat l-ebda ċans lill-goalkeeper Mosti, David Akpan, isalva.
Mosta wettqu reazzjoni mmedjata u fis-sitt minuta, Thomas Tegwi kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jintemm ftit barra.
Iżda fit-tmien minuta kienu l-Furjaniżi li rduppjaw l-iskor meta d-difiża ta’ Mosta naqset milli tikklerja l-ballun li ntemm għand MATIAS NICOLAS GARCIA li minn pożizzjoni ideali spara ġewwa biex prattikament il-partita kienet mirbuħa u mitlufa fi stadju daqstant bikri.
Kienu żewġ goals li taw lil Floriana kmand piskoloġiku bil-Mostin bdew jiġru wara r-riżultat hekk kif tħarbtulhom il-pjani kollha … konxji mill-fatt li quddiemhom kellhom muntanja kontra t-team l-aktar konsistenti fil-preżent.
Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-Mostin kellhom ferħa bla temma meta minn azzjoni ta’ corner, difensur ta’ Floriana, tefa’ l-ballun fil-lasti tiegħu stess, izda dan il-goal tħassar immedjatament mir-referee, Matthew Degabriele, minħabba li ġie nnotat fil-proċess ta’ din l-azzjoni.
U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għal Mosta, fil-55 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Zachary Brincat permezz ta’ karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq player avversarju.
Floriana baqgħu l-aħjar team u mingħajr ma għamlu affarijiet kbar ikkontrollaw l-andament ta’ dan il-konfront bil-Mostin jikkonċentraw fid-difiża biex ma jsofrux aktar goals.
Peró, fil-85 minuta, Floriana ssigillaw ir-rebħa meta MATTIA VESELJI kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun biex mill-viċin ma żbaljax.
MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 6-Nathan Obidike, 7-Isah Aliyu, 8-Damian Evans, 9-Philip Abado (21-Nathan Agius 62), 10-ThomasTegwi (19-Uzioma Ezegwu 62), 11-Christian Nnanj, 16-Gianluca Sciberras (14-Ensell Attard 88), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat, 92-Kevin Tulimieri (27-Eric Mensah 72) – Coach: Joseph Grech
HIBERNIAINS: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 8-Jose Ulises Arias (24-Lorenzo De Grazia 57), 9-Kemar Reid (7-Mattia Veselji 80), 11-Matheus De Sousa (10-Jan Busuttil 72), 12-Dunstan Vella (22-Kyrian Nwoko 72), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouros (77-Aleandro Garzia 46) – Coach: Mauro Camoranesi
REFEREE: Matthew Degabriele
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Andrea Sciriha
SKORERS: M. De Sousa 3, M. N. Garcia 8, M. Veselji 85 (F)
AMMONITI: J. U. Arias (F), D. Aneni (M)
TKEĊĊA: Z. Brincat 52 (M)