Wednesday, April 30, 2025

Floriana jiġu nkurunati champions jekk jegħlbu lil Birkirkara

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Meta tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-Closing Round jew aħjar it-32 ġurnata tal-Malta Premier Lea­gue, Floriana jiġu dikjarati champions jekk huma jirbħu lil Birkirkara.  

Wara li rebħu l-Opening Round, il-Greens jinsabu viċin li jirbħu wkoll il-Closing Round u għaldaqstant jinsabu biss 90 minuta ‘l bogħod milli jirbħu t-titlu għas-27 darba fl-istorja tal-club. 

Anke jekk Marsaxlokk  jirbħu lil Hamrun Spartans u x-Xlukkajri jtemmu l-Closing Round bl-istess ammont ta’ punti daqs Floriana fil-quċċata tal-klassifika. 

Peró, il-Greens għandhom rekord aħjar fil-konfronti diretti meta minn tlieta huma rebħu tnejn bil-partita l-oħra tispiċċa fi draw.  

Min-naħa l-oħra, jekk il-Greens jonqsu milli joħorġu rebbieħa u jinqabżu fil-klassifika, ikunu jridu jinħadmu l-permutazzjonijiet:

(1) – Floriana jistgħu jir­­–b­ħu t-titlu wkoll jekk huma jispiċċaw fi draw, Marsa­xlokk u Hamrun Spartans itemmu wkoll fi draw u Sliema Wanderers ma jirb­ħux.

(2) – Marsaxlokk jgħaddu għas-semi-finali jekk huma jirbħu u Floriana ma jirbħux jew huma jispiċċaw fi draw u Floriana jitilfu.

(3) – Sliema jikkwalifikaw għas-semi-finali jekk huma jirbħu u Floriana ma jirbħux.

(4) – Hamrun Spartans jikkwalifikaw għas-semi-finali jekk huma jirbħu u Floriana ma jirbħux.

(5) – Hibernians isibu ruħhom fis-semi-finali jekk Floriana jtemmu fi draw, Sliema jirbħu u Marsaxlokk u Hamrun itemmu fi draw. 

It-tliet partiti se jintlagħbu fl-istess ħin.

Birkirkara v Floriana – Din hija l-aqwa partita tal-is­taġun hekk kif Floriana jimmiraw li jirbħu s-27 titlu fl-istorja tal-club li huwa rekord.  

Peró, quddiemhom se jsibu ostaklu mill-aktar diffiċli hekk kif rebħa għall-Istripes tkun tfisser li jilagħbu fis- semi-finali u li huma jifformaw wieħed mill-erba’ timi­jiet.

Il-Karkariżi se jkunu msaħ­ħa bir-ritorn ta’ Sandona Agustin, Paul Mbong u Neil Micallef minn sospensjoni iżda Tomislav Papazov huwa sospiż.

Nieqes għal Floriana se jkun Carlo Zammit Lonardelli minħabba li jinsab imweġġa’. 

Fil-konfronti preċedenti  Floriana rebħu tnejn (3-1, 1-0) filwaqt li Birkirkara reb­ħu wieħed (1-0). 

Mosta v Sliema W.– Sliema Wanderers jibdew favoriti li jegħlbu lil Mosta li jinsabu xxamplati fis-sitt post bħal ma temmew fl-Opening Round. 

Kull team għandu player sospiż – Matthew Garcia Bolanos għall-Mostin u Vito Plut għas-Slimiżi. 

Iżda Joao Victor De Souza Teixeira u Murilo Henrique se jirritornaw minn sospensjoni għal Mosta u Sliema rispettivament. 

Il-Wanderers rebħu t-tliet partiti preċedenti – 2-0, 3-1, u 1-0.

Marsaxlokk v Hamrun Spartans – Dan huwa konfront mill-aktar interes­santi fejn iż-żewġ timi­jiet jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ hekk kif jittamaw li Floriana jiżolqu kontra Birkirkara.

Telfa tkun tfisser li jiġu eliminati minn possibbiltá ta’ semi-finali. Iżda anke jekk Floriana jirbħu l-kampjonat, rebħa tpoġġihom fil-UEFA Conference League. 

Filwaqt li Marsaxlokk għandhom lil Alex De Aguiar Gomes sospiż, l-Ispartans se jinżlu bl-aqwa formazzjoni possibbli hekk kif se jkunu msaħħa wkoll bir-ritorn tad-difensur, Steve Borg. 

Fiż-żewġ logħbiet diretti, iż-żewġ timijiet rebħu partita kull wieħed – Marsaxlokk 3-2 u Hamrun 6-1.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport