Saturday, October 26, 2024

Floriana jikkonvinċu u jegħlbu lil Gudja United

Aqra wkoll

Gudja U………….0

Floriana…………..3

Floriana kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Gudja Unted bl-iskor ta’ 3-0.

Huma fetħu l-iskor fis-36 minuta meta f’azzjoni maħduma bizzilla, Jan Busuttil għadda tajjeb lejn Jose Ulises Arias li min-naħa tiegħu serva fuq platt tal-fidda lil Kemar Reid li għadda lejn ALEANDRO GARZIA li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa.

U jidher li l-Greens ma kinuux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif fit-42 minuta rduppjaw l-iskor meta li rċieva minn corner mil-lemin, OWEN SPITERI, irnexxielu jqabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper ta’ Gudja, Glenn Zammit.

Gudja United wettqu reazzjoni tajba u fid-59 minuta kienu sfortunati li ma naqqsux il-marġni tal-iskor meta Bienvenu Selemani kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda.

Floriana ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fis-77 minuta meta EMILIANO CALLEGARI approfitta minn żball ta’ Glenn Zammit, u b’lob delizzjuż tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fis-87 minuta, Gudja qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Neil Micallef wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 9-Vito Plut, 13-James Arthur, 14-Neil Micallef, 17-Karl Micallef, 19-Johann Bezzina (22-Hubert Vella 46), 23-Neil Tabone (7-John Mintoff 70), 30-Matias Muchardi, 39-Samuel Gomes (8-Tatsuro Nagamatsu 86), 77-Nicolas Navarrete (11-Ahinga Selemani 46), 88-Farid Zuniga Coach: Andrea Agostinelli

Floriana: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 5-Zachary Cassar (2-Adam Magri Overend 65), 8-Kemar Reid (25-Lorenzo Trillo 77), 10-Jose Ulises Arias (9-Andrei Ciolacu 65), 16-Fernando Juarez, 17-Owen Spiteri, 24-Lorenzo De Grazia, 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (81 J. Scicluna), Aleandro Garzia (Kyrian Nwoko 77) Coach: Gianluca Atzori

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson

Skorers: A. Garzia 36, O. Spiteri 42, E. Callegari 76 (F)

Tkeċċa: N. Micallef 87 (G)

Ammoniti: M. Muchardi, K. Micallef, N. Micallef, S. Gomes, H. Vella (G) F. Juarez (F)

Player tal-Logħba: Kemar Reid (F)

Sport