Monday, February 23, 2026

Floriana jiksbu rebħa kbira kontra Hibernians

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Floriana………………..4

Hibernians……………..1

Floriana bnew ħames punti vantaġġ fil-quċċata tal-Closing Round meta għelbu lil Hibernians bl-iskor kbir ta’ 4-1.

IL-Greens ħarġu fuq l-offensiva u wara 10 minuti, Jose Teixeira għadda tajjeb lejn Rui Areias iżda dan kellu d d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin li ntemmet ftit għoli.

Huma kellhom ferħa bla temma fit-23 minuta meta Jake Grech għadd atjjeb lejn Areias li żmarkat tefa’ ġewwa, iżda l-assistent referee ħassar dan il-goal minħabba offiside.

Iżda huma ma kellhom jiġu mċaħħda erba’ minuti wara wara meta minn azzjoni ta’ corner minn Jake Grech, ALEN KURTALIC, mill-viċin ma ħafirx.

Iżda Hibernains weettqu reazzjoni mill-aqwa u fit-32 minuta ġabu l-iskor indaqs.

Dan meta Alfred Silas għadda tjjeb lejn CAIN ATTARD li minn poiżzzjoni ideali tefa’ ġewwa.

Il-Greens bdew it-tieni taqsima b’mod mill-aqwa u fil-51 minyta rduppjaw l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner ta’ Jake Grech, FEDERICO VARELA bir-ras għeleb għal kollox lil Branescu.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-68 minuta Paul Mbong serva fuq platt tad-deheb lil FEDERJCO VARELA, li b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali f’temp ta’ 17-il minuta.

Fit-87 minuta, Floriana ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal meta Paul Mbong serva lis-sostitut CARLO ZAMMIT LONARDELLI li b’daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.

Floriana: Guilherme Cioletti Ferreira Da Silva, Myles Beerman, Mattia Veselji (Carlo Zammit Lonardelli 69), Jake Grech (Kouya Aristide 78), Federico Valera Escudero, Alen Kurtalic (Paul Mbong 46) , Owen Spiteri, Francisco Coelho Teixeira (Dunstan Vella 46), Charles M’Mombwa, Iago Perreira Mendonca, Rui Manuel Linhares Areias (Kenan Dervisagic 69)  – Coach: Daniel Portela

Hibernians: Constantin Laurentiu Branescu, Cain Attard, Alfred Hamanjoda Silas (Matthew Debattista 72), Kurt Shaw, Ruben Hernandez Arcadia (Natha Felicio Carvalho Miullen 61), Ali Diakite, Kevin Halabaku (Mailson Liam Duarte Lopes 72), Duane Bonnici, Pedro Henrique Nunes Silva, Sunday Akinbule (Liam Buhagiar 86), Charleston Silva Dos Santos  – Coach: Branko Nisevic

Referee: Slobodan Petrovic

assistenti: Duncan Sultana, Duncan Spencer

Raba’ Uff.: Alex Johnson

Skorers: A. Kurtalic 27, F. Varela 51, 68, C. Zammit Lonardelli 88 (F); C. Attard 32 (H)

Ammonit: P. Nunes Silva (H)

Player tal-Logħba: Federico Varela Escudero (Floriana)

Gzira U……………….1

Mosta………………….0

Gzira United kisbu rebħa drammatika ta’ 1-0 kontra Mosta.

Fis-27 minuta, il-Maroons kellhom azzjoni sabiħa mix-xellug bejn Andrew Borg u Luis Riascos, b’Riascos javvanza tajjeb fil-kaxxa, madankollu x-xutt tiegħu għadda ftit għoli.

Fid-39 minuta, Gzira United kellhom ċans tajjeb fejn cross mil-lemin t’Isemoli N’Sa Chrisnovic tkompla b’daqqa ta’ ras ta’ Maxuell Maia, bil-ballun ġie salvat tajjeb f’corner minn David Udoh biex mill-istess corner, Andre Penha Da Costa ra l-ballun jintemm f’corner ieħor.

Fis-60 minuta, Gzira United kellhom ċans tajjeb ta’ Stasa Bastic, bit-tenatttiv tiegħu jintemm ftit barra.

Fis-67 minuta, il-Maroons tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Stasa Bastic għadda tajjeb lejn Brooklyn Borg, bix-xutt ta’ dan tal-aħħar jintemm f’corner.

Fit-73 minuta, Gzira United kellhom freekick insidjuż ta’ Maxuell Maia, salvat f’corner minn David Udoh Akpan.

Fid-79 minuta, Mosta tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor, meta minn cross ta’ Leo Fernandes mil-lemin, ix-xutt tas-sostitut Senghor Diamanka, intemm għoli.

Fid-89 minuta, Gzira United skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ ANDRE PENHA DA COSTA, li minn quddiem David Akpan, tefa’ ġewwa.

Gzira U.: Edoardo Colombo, Deacon Abela, Andrew Borg, Brooklyn Borg (David Xuereb 68), Andre Carlos Penha Da Costa, Maxuell Maia, Luis Carlos Riascos (Johan Bonilla Calderon 60), Stasa Bastic (Fabricio Silva Virgens 68), Marc Van De Font Bovenkamp, Isemoli N’Sa Chrisnovic, Mihajlo Stojanovic – Coach: Darren Abdilla

Mosta: David Udoh Akpan, Gilson Sequeira Da Costa (Charles Yemi Oderinde 20), Nevin Portelli, Giancarlo Goncalves (Stephen Ojonugwa Eikwu-Ojo 87), Kurt Zammit, Joao Victor Da Silva Dias, Azer Kozic (Cheikh Diamanka Senghor 68), William Salomao Filipe, Simon Zibo, Jake Vassallo, Leonardo Fernandes Joaquim Da Silva – Coach: Joe Grech

Referee: Joseph Grech

assistenti: Luke Portelli, Max-Lee Muscat

Raba’ Uff.: Ishmael Barbara

Skorer: A. Penha Da Costa 89 (GU)

Ammoniti: G. Sequeira da Costa, J. Vassallo, S. Zibo, K. Zammit (M); I. N’Sa Chrisnovic, D. Abela (GU)

Player tal-Logħba: David Udoh Akpan (Mosta)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport