Tuesday, September 24, 2024

Floriana jiksbu s-servizzi ta’ Thiago Nascimento Dos Santos

Aqra wkoll

Floriana kisbu s-servizzi tal-winger Brażiljan ta’ 24 sena, Thiago Nascimento Dos Santos.

Thiaguinho Santos huwa prodott ta’ Capivariano u lagħab ukoll ma’ Rio Preto, Taquaritinga, Catanduva u Madureira fil-Brażil.

Il-Greens, li ħatru lil Darren Abdilla bħala kowċ, qabel kienu ffirmaw lill-goalkeeper Christoffer Mafoumbi. Il-klabb estenda l-kuntratti ta’ Alexandros Kouros u Guy Serge Yameogo iżda tilef jew irrilaxxa lil Lorenzo De Grazia, Willis Furtado, Christos Rovas, Maksim Valadzko, James Scicluna u Mateus Souza.

Sport