Floriana ………1
Sliema W. …….0
Minn Cristian Muscat
Floriana għelbu lir-rivali eterni, Sliema Wanderers, biex telgħu jaqsmu l-ewwel post ma’ Birkirkara.
Dan ifisser li issa kollox jinsab lest għall-partita kruċjali u deċiżiva bejn l-istess Floriana u Birkirkara li tagħlaq din l-Ewwel Fażi, bir-rebbieħ ikun dikjarat champion tax-xitwa u jibbukkja post għall-partita deċiżiva ta’ tmiem il-kampjonat, f’Mejju li ġej … u għaldaqstant fi tmiem il-ġimgħa li ġej mistennija tattendi l-akbar attendenza s’issa fl-Istadium Nazzjonali.
Il-partita kienet waħda bilanċjata fejn iż-żewġ settijiet ta’ players ftit li xejn taw spazju lil xulxin biex jimmanuvraw.
Infatti, l-unika azzjoni denja ta’ nota fl-ewwel taqsima waslet, fit-43 minuta, hekk kif Floriana fetħu l-iskor meta f’azzjoni maħduma bejn Emerson Santos De Souza u Matias Garcia, l-istess EMERSON SANTOS DE SOUZA, permezz ta’ xutt fil-baxx għaleb għal kollox lill-goalkeeper, Kelvin Agu Emeka.
Fit-58 minuta, il-Wanderers resqu viċin li jiksbu d-draw iżda minn pożizzjoni ideali t-tentattiv ta’ Mohamed Awad intemm ftit barra.
Ħames minuti wara, Floriana rreċiprokaw b’xutt ta’ Franklin Sasere minn barra l-kaxxa li għadda ftit għoli.
Fil-91 minuta, Sliema fallew ċans tad-deheb li jagħmlu l-iskor indaqs meta cross ta’ Acheampong ġie salvat minn Mafoumbi, biex mir-rebound Myles Beerman mattar siequ iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet salvata għal darb’oħra mill- goalkeeper Furjaniż.
Minuta biss wara, Floriana qalgħu daqqa ta’ ħarta meta tekċċa Fernandinho wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ ħames minuti.
FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech (22-Kyrian Nwoko 89), 11-Thiaguinho (7-Mattia Veselji 66), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro (70-Fernandinho 66), 97-Emerson Santos De Souza – Coach: Darren Abdilla
SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 5-Neil Frendo (14-Nicholas Strickland 81), 7-Adam Magri Overend, 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 42-Simon Zibo (20-Wescley 61), 70-Steve Pisani, 77-Mohamed Awad, 97-Jonata Bastos (9-Vito Plut 61) – Coach: Paul Zammit
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Malcolm Spiteri
SKORER: E. Santos De Souza 43 (F)
AMMONITI: F. Sasere, Fernandinho (2) (F), J. Borg, G. E. Achempong (S)
TKEĊĊ: Fernandinho 92 (F)