Sunday, February 2, 2025

Floriana jirbħu partita bilanċjata

Aqra wkoll

Floriana …….1

Zabbar SP…..0

Minn Cristian Muscat

Goal kmieni kien biżżej­jed biex Floriana jirre­ġistraw it-tieni rebħa f’din it-tieni fażi tal-Malta Premier League biex b’hekk għelbu lil Zabbar St Patrick bl-iskor ta’ 1-0. 

Floriana kellhom lil Carlo Zammit Lonardelli sospiż u lil Dunstan Vella nieqes għax imweġġa’. 

Min-naħa l-oħra għal Zabbar, Kristian Keqi u Jurgen Pisani kienu qed jaffrontaw proprju lill-eks team tagħ­hom, li miegħu rebħu wkoll il-Kampjonat Premier.

Floriana fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu, eżattament, fis-seba’ minuta meta Franklin Sasere indirizza cross lejn JORK EBLIN BACERRA PORTOCARRERO li minn taħt il-lasti tefa’ ġewwa bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-wieqfa qabel intemm fix-xibka.

Peró, ir-ritmu naqas u l-logħob kien karatterizzat f’nofs il-ground … sakemm fis-37 minuta,  free-kick ta’ Dio­go Joao Tavares ġie ppan­ċjat mill-goalkeeper ta’ Floriana, Christoffer Mafoumbi.

Floriana wieġbu fit-43 minuta meta minn azzjoni ta’ corner, Portocarrero kellu d-daqqa ta’ ras tispiċċa barra.

Fis-60 minuta Floriana reġgħu ħolqu l-periklu meta Be­cerra għadda tajjeb lejn Sasere li min-naħa tiegħu xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Elvis Mashike Sukisa li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb mill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Zabbar, Luca Camilleri.

L-azzjoni sussegwenti was­let biss fit-83 minuta b’Zabbar ikunu huma li joħolqu l- periklu meta free-kick insidjuż tal-captain Brian Ariel Gambarte ġie salvat mingħajr wisq diffikultá minn Mafoumbi.

Floriana wieġbu ħames minuti wara meta freekick insidjuż ieħor din id-darba tal-ispeċjalista Jake Grech, ġie salvat tajjeb minn Camilleri.

L-istess Jake Grech seta’ kien il-protagonista għall-Greens minuta biss wara meta huwa dar tajjeb ma’ Camilleri, iżda difensur ta’ Zabbar salva l-ballun minn fuq il-linja biex evita goal ċert.

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 9-Elvis Mashike Sukise (94-Jose Fernando Gomes), 11-Zachary Scerri, 14-Jork Eblin Becerra Portocarrero (8-Jake Grech 67), 20-Matias Nicolas Garcia, 25-Julian Gonzalo Gamarra, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro, 77-Aleandro Garzia, 79-Serge Cedric Guy Yameogo – Coach: Darren Abdilla

ZABBAR SP: 1-Luca Camilleri, 5-Jake Micallef (9-Sean Gatt 86), 8-Felix Wallace Bonilha, 10-Brian Ariel Gambarte (95-Marcelo Barros Santos 64), 13-Zachary Grech (11-Stefan Ilic 46), 17-Jurgen Pisani, 19-Diogo Joao Tavares (16-Izaak Etim Akpan 86), 28-Vinicius De Paiva, 30-Kristian Keqi (99-David Oliveira Souza 57), 31-Joao Pedro De Sa Mendonca, 55-Dorde Jovicic  – Coach: Aniello Parisi

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Vasil Vasilev, Jareth Grima

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORER: J. E. Bacerra Portocarrero 7 (F)

AMMONITI: J. E. Becerra Portocarrero (F), D. Jovicic (Z)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport