Saturday, October 26, 2024

Floriana jirreġistraw l-ewwel rebħa

Aqra wkoll

Zabbar St Patrick …..0

Floriana …………..…..3

Minn Cristian Muscat

Floriana rreġistraw l-ewwel rebħa meta għelbu lit-team promoss ta’ Zabbar St Patrick bl-iskor ta’ 3-0 biex baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr l-ebda punt.

Din ir-rebħa kienet aċċertata fl-ewwel taqsima meta Floriana skorjaw it-tliet goals. 

Floriana fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu, wara biss ħames minuti, meta minn cross ta’ Thiaguinho, Vinicius De Paixa fit-tentattiv li jbiegħed il-ballun ‘il bogħod minn kull periklu, tefa’ fil-lasta tiegħu stess biex ikkommetta auto-goal.

Zabbar wieġbu fit-12-il minuta meta Brian Ariel Gambarte għadda tajjeb lejn Diogo Joao li indirizza l-ballun lejn il-lasti avversarji iżda pront kien Carlo Zammit Lonardelli li tajjar il-ballun minn fuq il-linja fatali.

Iżda erba’ minuti wara, kienu Floriana li rduppjaw meta Dunstan Vella żmarka lil KYRIAN NWOKO li avvanza u għeleb lil Grech

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-21 minuta, wara li rċieva minn free-kick ta’ Jake Grech, Matias Nicolas Garcia, kellu d-daqaa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra.

Fl-24 minuta, il-Greens għamluhom tlieta meta Alexandros Kouros xeħet lejn FRANKLIN SASERE li  antiċipa l-ħarġa difettuża ta’ Matthew Grech u permezz ta’ daqqa ta’ ras għolla l-ballun għal ġox-xibka, b’Jake Micallef jipprova in extremis jtajjar bir-ras.

Bil-partita mirbuħa u mitlufa, fit-tieni taqsima r-ritmu naqas għal kollox bil-logħob ikun karatterizzat f’nofs il-ground.

Dan sal-65 minuta meta Fernandinho xeħet cross fid- direzzjoni ta’ Alejandro Garzia iżda dan tal-aħħar naqas li jagħmel kuntatt mal-ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.

Zabbar wieġbu fis-77 mi­nuta iżda x-xutt ta’ Zachary Grech kien wisq ċentrali. Fid-89 minuta resqu viċin li jnaq­qsu l-marġni tal-iskor iżda t- tentattiv ta’ Barros Santos ġie salvat minn Mafoumbi.

ZABBAR SP: 24-Matthew Grech, 5-Jake Micallef (4-Miguel Azzopardi 46), 8-Felix Wallace Bonilha (23-Leonardo Agius 76), 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Stefan Ilic (99-David Oliveira 46), 13-Zachary Grech, 19-Diogo Joao (21-Strahinja Jovancic 46), 28-Vinicius De Paixa (7-Martim Augusto 58), 31-Joao Pedro De Sa Mendonca, 55-Dorde Jovicic, 95-Marcelo Barros Santos – Coach: oao Pedro De Oliveira Janeiro

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech (6-Antiago De Flavia 87), 11-Thiaguinho (18-Neil Cassar 87), 12-Dunstan Vella, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (77-Aleandro Garzia 62), 22-Kyrian Nwoko (Owen Spiteri 77), 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro (79-Cedric Yameogo 62), 70-Fernandinho – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Thomas Debono

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: V. De Paixa 5 og, K. Nwoko 16, F. Sasere 24 (F)

AMMONITI: J. Pedro, M. Augusto (ZSP)

Sport