Saturday, September 14, 2024

Floriana jirritornaw fil-quċċata tal-klassifika

Aqra wkoll

Sirens ………0

Floriana ……3

Floriana telgħu lura fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier meta kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq Sirens biex b’hekk reġgħu telgħu punt fuq Hibernians.

Min-naħa l-oħra, Sirens jibqgħu fis-sitt post iżda se tkun il-logħba li jmisshom kontra Gzira United fi tmiem il-ġimgħa li ġejja li tiddeċiedi jekk jispiċċawx mal-ew­wel sitta.

Kienu Floriana li, fid-disa’ minuta, kellhom l-ewwel tentattiv lejn il-lasti b’Andrei Ciolacu jitfa’ ftit għoli bir-ras wara cross ta’ Vella mix-xellug.

Sirens irrispondew fl-14-il minuta b’az­zjoni  ta’ Vitor Vieira li bidel il-ballun ma’ Marios Lomis fuq ix-xellug u daħal fil-kaxxa iżda l-goalkeeper Giorgi Kitanov imblukkalu tajjeb.

Ħames minuti wara, minn cross ta’ Diego Albanese mix-xellug, Carlo Zammit Lonardelli falla ċans tajjeb meta tefa’ barra bir-ras mill-viċin.

Madankollu fis-37 minuta Floriana fetħu l-iskor meta Paiber għadda l-ballun lil Ciolacu li kompla lejn KEMAR REID li daħal fil-kaxxa u dar mal-goalkeeper, Jo­nathan Debono, qabel tefa’ fix-xibka.

Erba’ minuti wara, Sirens reġgħu marru qrib meta Carlos Riascos irċieva ballun f’tarf il-kaxxa u dar ma’ di­fensur qabel impenja lil Kitanov b’xutt fil-baxx.

Peró minuta minn tmiem l-ewwel taqsima kienu Flo­ria­na li rduppjaw meta Busuttil għadda l-ballun lejn ANDREI CIOLACU li b’xutt angolat għeleb għal kollox lil Debono.

Fit-tieni taqsima, Floriana reġgħu ħarġu tajjeb u fis-56 minuta, huma għamluhom tlieta meta free-kick ta’ Pai­ber ġie mblukkat bid-difiża Pawlina tikklerja qasir, il-ballun jasal għand ANDREI CIOLACU li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Ir-reazzjoni ta’ Sirens was­let fil-61 minuta b’xutt ta’ Zammit Lonardelli minn barra l-kaxxa li Kitanov salva tajjeb. Erba’ minuti wara,  Riascos kellu xutt mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa salvat ukoll mill-goalkeeper ta’ Floriana. 

Fuq in-naħa l-oħra, fis-76 minuta, azzjoni personali ta’ Busuttil spiċċat b’konklużjoni minn tarf il-kaxxa li għaddiet ftit għoli.

Erba’ minuti mit-tmiem, Kitanov wettaq save spettakolari meta dawwar f’corner il-kanunata ta’ Carlo Zammit Lonardelli minn tarf il-kaxxa.

SIRENS: 1-Jonathan Debono, 5-Henrique Marcelino Motta (10-Bogdan Gavrila 63), 9-Marios Lomis (11-Alfred Effiong 75), 14-Diego Albanese (17-Jacob Walker 63), 15-Adrian Borg, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 22-Alex Cini, 30-Carlos Riascos Castillo, 31-Degran Jackson (77-Carlos Flores 81), 33-Vitor Vieira, 88-Renato Cardoso Porto Neto   – Coach: Winston Muscat

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 3-Christian Rutjens, 5-Zachary Cassar, 6-Rumyan Hovsepyan (20-Matias Nicolas Garcia 66), 8-Kemar Reid (29-Eugeniu Rebenja 66), 11-Andrei Ciolacu (99-Manolito Micallef 85’), 22-Brandon Paiber, 27-Andreas Vella (77-Aleandro Garzia 66), 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (9-Kristian Keqi 76)  – Coach: Gianluca Atzori

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, James Muscat

RABA’ UFF: Stefan Pace

SKORERS: K. Reid 37,  A. Ciolacu 44, 56 (F)

AMMONITI: Z. Cassar, E. Rebenja (F)

Ekonomija

Sport