Ritratt: Christine Borg
Balzan ………….1
Floraiana ……..2
Floriana rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-1 grazzi għall-goal fit-tieni taqsima permezz tas-sostitut Jan Busuttil.
F’taqsima prattikament kwieta, Floriana fetħu l-iskor fis-27 minuta meta Ryan Camenzuli daħal tajjeb mix-xellug u għadda l-ballun lejn Rebenja li min-naħa tiegħu qassam lejn ULISES JOSE ARIAS li kkontrolla qabel ma għeleb lil Jake Galea b’xutt fil-baxx. Fit-38 minuta Balzan resqu viċin b’daqqa ta’ ras ta’ Bojan Kaljevic minn cross ta’ Gary Camilleri li ġiet salvata mill-goalkeeper, Georgi Kitanov.
Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet spiċċaw b’għaxar players hekk kif Kristian Keqi u Augustine Loof ġew imkeċċija mir-referee, Glen Tonna, anqas minn minuta wara li kienu għadhom kif intwerew karta safra hekk kif komplew jargumentaw bejniethom.
Fil-41 minuta, Balzan taw l-illużjoni li kisbu d-draw hekk kif Alex da Paixao Alves għeleb lill-goalkeeper Furjaniż permezz ta’ daqqa ta’ ras iżda l-goal ġie ġustament imħassar minħabba li l-ballun mill-cross ta’ Camilleri kien qabeż il-linja.
Il-bidu tat-tieni taqsima kien movimentat u wara żewġ minuti kien Kaljevic li antiċipa lil Kitanov bir-ras minn tarf il-kaxxa iżda l-ballun ġie kklerjat minn Rutjens.
Iżda fit-48 minuta, Balzan kisbu l-goal tad-draw meta Bojan Kaljevic irċieva ballun fuq il-lemin u għadda tajjeb lejn ALEX DA PAIXAO li dar ma’ żewġ difensuri u għeleb lil Kitanov b’xutt fil-baxx.
Fit-58 minuta, Paixao reġa’ mar viċin meta rċieva l-ballun fil-kaxxa minn Marcus Grima, ġibed tajjeb lejn ix-xellug u b’xutt angolat ra l-ballun jgħaddi jħakkek mal-lasta. Tliet minuti wara, Da Paixao kien sfortunat b’xutt minn tarf il-kaxxa li laqat il-mimduda.
Fis-66 minuta, Floriana skorjaw il-goal tar-rebħa meta Zachary Cassar xeħet cross bil-ballun jasal għand JAN BUSUTTIL li minn quddiem Galea ma żbaljax.
BALZAN: 12-Jake Galea, 3-Augustine Loof, 5-Samir Arab, 6-Marcus Grima (44-Adam Bradshaw 90), 8-Paul Fenech (30-Pedro Mota 71), 10-Alex da Paixao, 19-Milos Zlatkovic, 22-Gary Camilleri (21-Neil Frendo 80), 23-Milos Mijic (7-Milan Djuric 80), 86-Bojan Kaljevic, 88-Sean Cipriott (77-Aleksa Andrejic 71) – Coach: Mark Miller
FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (77-Aleandro Garzia-80), 3-Christian Rutjens, 5-Zachary Cassar, 9-Kristian Keqi, 10-Ulises Jose Arias (11-Andrei Ciolacu 52), 20-Matias Nicolas Garcia, 22-Brandon Paiber (96-Daniel Agius 80), 28-Emiliano Callegari, 29-Eugeniu Rebenja (7-Augusto Caseres 52), 94-Ryan Camenzuli (30-Jan Busuttil 62) – Coach: Gianluca Atzori
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Chris Francalanza
RABA’ UFF: Daniel Portelli
SKORERS: U. Arias 27; J. Busuttil 66 (F); Alex da Paixao 48 (B)
AMMONITI: E. Callegari, M. Garcia, K. Keqi, D. Agius, A. Ciolacu (F); A. Loof, N. Frendo (B)
TKEĊĊEW: K. Keqi 40 (F); A. Loof 40 (B)