Sunday, November 24, 2024

Floriana jitilgħu fit-tieni pożizzjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Gzira United ……1

Floriana ………….2

Minkejja li kwarta mit- tmiem sfaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċielhom il-goalkeeper, Floriana għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-1 biex telgħu punt taħt il-leaders Hibernians u taw twissija serja li huma sfidanti denji għar-rebħ tat-tit­lu.

Kienu Floriana li ħarġu tajjeb u fil-11-il minuta fetħu l-iskor meta Jose Ulises  Arias approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża tal-Maroons, għadda tajjeb lejn l-attakkant JAN BUSUTTIL li mill-viċin spara gewwa.

Huma komplew fuq l-offensiva u mal-kwarta logħob kienu sfortunati li ma rduppjawx meta Arias għadda lejn Ryan Camenzuli li venven xutt minn pożizzjonni angolata li stampa mal-mimduda, bi Gzira jeħilsuha ħafif.

Kull ma jmur kompla d-dominju assolut ta’ Floriana u żewġ minuti biss wara s-solitu Arias serva lil Ryan Camenzuli li kellu x-xutt fil-baxx tiegħu minn barra l-kaxxa jintemm ftit barra.

Fl-40 minuta, il-Greens ir­duppjaw meta Andrei Ciolacu għadda tajjeb lejn JOSE ULI­SES ARIAS li minn quddiem il-goalkeeper ta’ Gzira, Darijan Zar­kov, ma żbaljax. Erba’ minuti wara Gzira resqu viċin iżda minn taħt il-lasti Clive Gauci għamel l-impossibbli u xeħet barra.

U fit-48 minuta kienu sfortunati li x-xutt ta’ Zachary Scerri minn barra l-kaxxa ġie mċaħħad mill-mimduda.

Fil-75 minuta, Floriana tilfu lill-goalkeeper, Georgi Kitanov, meta kkommetta foul professjonali fuq Toni Kolega li kien tiela’ waħdu u f’pożizzjoni li seta’ jiskorja.

Tliet minuti mit-tmiem il-Maroons naqqsu l-marġni meta ngħataw penalty wara li  Matias Nicolas Garcia waq­qa’ lil Jefferson De Assis fil-kaxxa … u mill-11-il metru MAXUELL MAIA xeħet lis-sostitut Manuel Bartolo fuq in-naħa l-ħażina.

Fil-ħin miżjud Jefferson De Assis falla li jikseb id-draw meta minn taħt il-lasti ġie mblukkat minn Callegari.

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Marko Cosic, 5-Luke Tabone (17-Clive Gauci 31), 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani, 8-Za­chary Scerri, 19-Antonio Pavic (9-Toni Kolega 61), 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson De Assis, 98-Jackson Mendoza   – Coach: Darren Abdilla

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 3-Christian Rutjens, 5-Zachary Cassar, 6-Rumyan Hovsepyan (20-Matias Nicolas Garcia 78), 10-Jose Ulises Arias (29-Eugeniu Rebenja 61), 11-Andrei Ciolacu (23-Brian Ariel Gimenez 93), 22-Brandon Paiber, 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (26-Manuel Bartolo 78), 94-Ryan Camenzuli (27-Andreas Vella 78)   – Coach: Gianluca Atzori

REFEREE: Matthew Degabriele

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: J. Busuttil 11, J. U. Arias 40 (F), M. Maia 88 pen (GU)

AMMONITI: G. Bohrer Mentz, M. Maia (GU), C. Rutjens, E. Callegari, R. Hovsepyan (F)

TKEĊĊA: G. Kitanov 75 (F)

Sport