Balzan ……0
Floriana ….0
Minn Cristian Muscat
F’konfront bilanċjat u movimentat Floriana sfaw miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals minn Balzan. Kien riżultat ġust għax minkejja li Floriana kienu aħjar fit-tieni taqsima, huma sabu team dixxiplinat quddiemhom.
Ta’ nota huwa l-fatt li dan kien dwell bejn żewġ coaches – Darren Abdilla għal Floriana u Andrew Cohen għal Balzan, li fil-passat ħadmu spalla ma’ spalla flimkien fit-tmun ta’ Gzira United.
Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta meta Carlo Zammit Lonardelli xeħet cross-shot għan-nofs iżda kemm Elvis Mashike Sukise kif ukoll Franklin Sasere ma rnexxielhomx jagħmlu kuntatt mal- ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u man-nofs siegħa logħob Alexandros Kouros indirizza cross li sab lil Matias Nicolas Garcia li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit barra.
Balzan wieġbu għall-ewwel darba fis-36 minuta u resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Victor Blasco Llorens għadda tajjeb lejn Isaac Westendorf li min-naħa tiegħu xeħet lejn Alexander Ayo Akpan li minn taħt il-lasti kellu t-tentattiv tiegħu salvat mill-goalkeeper ta’ Floriana, Christoffer Mafoumbi.
Balzan komplew iżidu fil-kunfidenza u żewġ minuti biss wara Jan Busuttil għadda tajjeb lejn Victor Lloerens Blasco li kien sfortunat meta ra t-tentattiv tiegħu mill-viċin jistampa mal-wieqfa, bil-Greens jeħilsuha ħafif.
Fis-57 minuta, Floriana heddew iżda x-xutt ta’ Jake Grech spiċċa għoli u żewġ minuti wara l-istess Grech falla l-mira minn quddiem Golovic.
Fis-66 minuta, Golovic ċaħħad lil Elvis Mashike Sukise li deher li seta’ jiskorja.
Fid-79 minuta, kanunata ta’ Grech minn tarf il-kaxxa għaddiet ftit barra.
Tliet minuti, wara cross-shot ta’ Matias Nicolas Garcia ġie ppanċjat f’sigurtá minn Golovic biex din kienet prattikament l-aħħar azzjoni.
balzan: 99-Danilo Golovic, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 8-Nicholas Pulis, 9-Isaac Westendorf, 10-Jan Busuttil (6-Marcus Grima 92), 14-Dimeji Awosanya, 21-Luka Lukovic, 23-Victor Blasco Llorens (18-Luka Jankovic 85), 27-Alexander Ayo Akpan, 42-Rafael da Silva Floro – Coach: Andrew Cohen
floriana: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El hasni, 9-Elvis Mashike Sukise, 12-Dunstan Vella (8-Jake Grech 46), 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (14-Jork Eblin Portocarrero 78), 25-Julian Gonzalo Gamarra, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro (77-Aleandro Garzia 78), 79-Guy Serge Cedric Yameogo, 94-Jose Fernando Junior Gomes (10-Gabriel Agustin Cardozo 58) – Coach: Darren Abdilla
REFEREE: Emanuel Grech
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Vasil Vasilev
RABA’ UFF: Slobodan Petrovic
SKORERS: Ħadd
AMMONITI: R. Floro Da Silva, T. Caruana (B), G. S. C. Yameogo, D. Vella, J. G. Gamarra, J. Eblin Portocarrero (F)