Saturday, January 25, 2025

Floriana u Hamrun S. fi draw diżappuntanti

Aqra wkoll

Floriana …….0

Hamrun S. ….0

Minn Cristian Muscat

Fil-partita l-aktar mistennija ta’ tmiem il-ġimgħa, Floriana u Hamrun Spartans temmew fi draw ta’ mingħajr goals.

Fil-veritá, dan id-draw xejn ma kkuntenta lill-Ispartans minħabba l-fatt li l-għan tagħhom huwa li jispiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet ta’ din il-fażi biex jikkwalifi­kaw għas-semi-finali għar-rebħ tal-kampjonat. Għaldaqstant dan id-draw jfisser żewġ punti mitlufa aktar milli punt mirbuħ.

Min-naħa ta’ Floriana, dawn għandhom rashom mistrieħa li diġá bbukkjaw post mal-aħħar erbgħa … minkejja li jippruvaw jirbħu din il-fażi biex jiġu dikjarati champions.

Huma taw id-debutt liż-żewġ players, Zachary Scerri (Gzira U.) u Elvis Mashike Sukise (eks Hamrun).

Kienu Floriana li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss ħames minuti Jake Grech avvanza tajjeb fil-kaxxa u kellu x-xutt fil-baxx salvat tajjeb mill-goalkeeper Henry Bonello.

Ħamrun wiegbu fis-17-il minuta meta minn free­kick ta’ Talison Lui Barbosa, Luke Montebello niżżel bir-ras lejn Ryan Camenzuli bix-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper, Chris­toffer Mafoumbi. 

Mill-istess corner ta’ Tali­son, Steve Borg kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tin­temm ftit barra.

Fit-32 minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Elionay Frei­tas Da Silva għal Hamrun ġie salvat minn Mafoumbi.

Fit-48 minuta, Floriana heddew iżda Bonello salva ferm tajjeb fuq Grech.

Fil-65 minuta free­-­kick ta’ Talison għall-Ispartans ħabat mal-barriera qabel ma ra lil Mafoumbi jdawwar f’corner.

Lejn it-tmiem il-partita kie­net karatterizzata minn mumenti ta’ tensjoni fejn fost oħrajn tkeċċa minn fuq il-bank, it-team manager ta’ Floriana, Mano Micallef.

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 79-Cedric Yameogo, 4-Oualid El Hasni, 55-Alexandros Kouro, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 25-Gonzalo Gamarra, 12-Dunstan Vella, 14-Jork Becerra (11-Zachary Scerri 60), 20-Matias Nicolas Garcia, 8-Jake Grech (9-Elvis Mashike 75), 27-Franklin Sasere   – Coach: Darren Abdilla

HAMRUN S.: Henry Bonello, 4-Steve Borg, 7-Emerson Marcelina, 27-Ognjen Bjelicic, 10-Joseph Mbong, 94-Ryan Camenzuli, 14-Elionay Freitas (29-Kairou Amoustapha 74), 20-Jovan Cadenovic, 8-Talison Barboza, 7-Luke Montebello (25-Ederson Bruno 46), 99-Raphael Lopes Silva   – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: C. Mafoumbi, J. Becerra, M. N. Garcia, C. Zammit Loanrdelli, F. Sasere (F), E. Freitas Da Silva, E. Marcelina, E. Bruno Domingos (H)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport