Monday, May 5, 2025

Floriana u Naxxar Lions jgħaddu għal round ieħor tal-U16 Futsal KO

Aqra wkoll

Floriana u Naxxar Lions għaddew għal round ieħor tal-kompetizzjoni knock-out tal-futsal fil-kategorija ta’ taħt is-16-il sena meta rebħu l-logħba rispettiva tagħhom.

Floriana xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Marsaxlokk 4-3.

Jamie Lewis skorja doppjetta għall-Greens b’Salvatore Agius u Jamie Azzopardi li żiedu l-iskor għat-tim tagħhom.

Marsaxlokk kellhom lil Zean Spagnol, Luca Grima u Liam Galea li sabu x-xibka.

Referees kienu Andrea Naudi u Jonathan Balzan.

Naxxar Lions għelbu lil Marsaskala 3-1.

Kaydil Mangion, Luca Farrugia u Matthew Alexander Lake kienu l-awturi tal-gowls għal-Lions filwaqt li Neo Darmanin skorja l-uniku gowl għall-Iskalin.

Referees kienu Jonathan Balzan u Andrea Naudi.

Illum tkompli din il-kompetizzjoni hekk kif fil-4.45pm Mosta jilagħbu kontra Żabbar filwaqt li fis-6pm Sliema Wanderers jaffaċċjaw lil San Ġwann.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport