Floriana telgħu fit-tieni post tal-klassifika wara li għelbu lil Birkirkara St Helen’s 10-6.
Kif jindika l-iskor, kienet logħba ferm movimentata u mimlija gowls għalkemm kienu l-Greens li daħku l-aħħar daħka.
Bojan Kaljevic kompla bil-mument pożittiv tiegħu meta skorja erba’ gowls filwaqt li Diego Fernando Pereira kien awtur ta’ tliet gowls. Doppjetta ta’ Gilbert Scerri u gowl ieħor ta’ Dylan Grima għaqqdu l-iskor għall-veterani Furjaniżi.
Birkirkara baqgħu fil-logħba bi tripletta ta’ Federico Marine, Herbert Spiteri, Jonathan Xerri u Daniel Scerri.
Referee kien Paul Apap.
Hibernians kisbu t-tielet rebħa tal-istaġun wara skor ta’ 6-3 kontra Żurrieq Wolves. Dan ir-riżultat tella’ lill-Pawlisti għal għaxar punti fil-klassifika daqs Gżira United.
Daniel Fodermayer skorja tliet gowls għat-tim minn Raħal Ġdid filwaqt li Luke Satariano skorja doppjetta. Ilia Nazarov żied ieħor għat-tim tiegħu.
Iż-Żrieraq skorjaw il-gowls tagħhom minn Kevin Vella, Alex Muscat u Mario Camilleri.
Referee kien Mario Apap.
Sadanittant il-logħbiet bejn Rabat u Gżira kif ukoll MFPA kontra Luxol ġew posposti minħabba l-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin f’nofs din il-ġimgħa.
KLASSIFIKA – MALTA VETERANS PREMIER LEAGUE
MFPA 13, Luxol St Andrew’s, Floriana 12, Gżira United, Hibernians 10, Birkirkara St Helen’s 4, Żurrieq Wolves 3, Rabat Veterans 0

