Monday, October 27, 2025

Floriana Veterans leaders assoluti fid-David Cluett Memorial Cup

Aqra wkoll

Floriana jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tad-David Cluett Memorial Cup hekk kif għandhom punti massimi minn tliet logħbiet.

Il-Furjaniżi ddominaw il-konfront kontra Luxol St Andrew’s tant li rebħu 7-1.

Protagonisti għall-Greens kienu Bojan Kaljevic u Manolito Micallef li skorjaw tliet gowls kull wieħed b’Gilbert Scerri li żied ieħor għat-tim tiegħu.

Matthew Schembri skorja l-uniku gowl għal Luxol.

Referee kien Alper Can.

MFPA telgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika wara skor ta’ 9-2 kontra Birkirkara St Helen’s.

Jonathan Bondin u Julian Galea skorja tripletta kull wieħed b’Mark Barbara awtur ta’ doppjetta. Stanimir Miloskovic żied ieħor għal Malta Football Players Association.

Mark Gauci u Firas Aboulezz skorjaw l-uniċi gowls ta’ Birkirkara.

Referee kien Paul Apap.

F’logħba divertenti, Gżira United għelbu lil Żurrieq Wolves 6-3.

Il-Maroons irritornaw għar-rebħ wara li tilfu l-konfront preċedenti kontra Birkirkara St Helen’s. Romeu Romao skorja doppjetta filwaqt li Kevin Sammut, Ian Zammit, Christopher Uzeh u Alistair Dalli żiedu aktar gowls għal Gżira.

Iż-Żrieraq sabu x-xibka minn Kevin Vella, Alexander Muscat u Giuseppe Muscat.

Referee kien Alper Can.

Hibernians kisbu l-ewwel rebħa staġjonali wara li għelbu lil Rabat Veterans 4-1.

Il-plejer Għawdxi Chris Camilleri skorja tripletta u xpruna lit-tim tiegħu għar-rebħa finali. Daniel Fodermayer żied ieħor għall-Pawlisti.

Andy Mangion skorja l-uniku gowl għal Rabat.

Referee kien Paul Apap.

KLASSIFIKA – DAVID CLUETT MEMORIAL CUP

Floriana 9, MFPA 7, Luxol, Birkirkara 6, Gżira United 4, Hibernians 3, Żurrieq Wolves, Rabat Veterans 0.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport