Thursday, October 3, 2024

Floriana waħedhom fit-tieni post

Aqra wkoll

Mosta ……..0

Floriana …..2

Minn Cristian Muscat

Floriana għelbu lil Mosta b’żewġ goals wara l-mistrieħ liema taqsima huma ddominaw għal kollox biex telgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika.

Fit-tmien minuta, huwa ħadu daqqa ta’ ħarta kbira meta tilfu s-servizzi ta’ Carlo Zammit Lonardelli minħabba li sofra injury fil-hamstring.

Kien biss fit-18-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota meta xutt fil-baxx mid-distanza ta’ Matias Nicolas Garcia ġie salvat mill-goalkeeper, David Udoh Akpan.

Mosta wieġbu tliet minuti wara permezz ta’ xutt ta’ Ri­chard Luca minn barra l-kaxxa li l-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi, salva mingħajr wisq diffikultá.

Fit-22 minuta, Floriana reġgħu heddew meta Franklin Sasere indirizza cross fid-direzzjoni ta’ Thiaguinho li iżda falla l-mira.

Iżda, żewġ minuti wara, kienu Mosta li resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Joshua Agmeyang għadda lejn Sunday Okereke li wiċċ imb’wiċċ ma’ Mafoumbi ra lill-goalkeeper Furjaniż jdawwar f’corner.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-38 minuta, kon­klużjoni mid-distanza ta’ Leonardo Da Silva ġiet salvata parzjalment minn Mafoumbi, biex mir-rebound Nathan Agius kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu pjuttost fjakka.

Fis-57 minuta, Floriana fet­ħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ free-kick, KEMAR REID litteralment tħalla waħdu u b’daqqa ta’ ras xeħet il-ballun fix-xibka.

Fis-66 minuta, Kemar Reid kellu f’saqajh it-tieni goal għal Floriana iżda għamel l-impossibbli u minn qagħda ferm ideali mar iktar għas-saħħa milli għall-preċiżjoni bil-konsegwenza li xeħet għoli.

U fl-84 minuta reġa’ kien Reid li falla ċans inkredibbli meta mill-cross ta’ Jake Grech quddiem lasti vojta xeħet barra.

Iżda fil-95 minuta, Floriana rduppjaw minn penalty ta’ FRANKLIN SASERE wara li Grech twaqqa’ fil-kaxxa.

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 4-Prince Afriyie, 5-Sasha Cachia, 6-Larsson Coulibaly, 7-Luca Richard Da Silva (26-Matheus Santos Pires 79), 13-Clayton Failla (2-Aiden Agius 88), 21-Nathan Agius (10-Giancarlo Goncalves 69), 23-Joshua Agyemang (9-Souleymane Kone 69), 30-Sunday Okereke (8-Sean Cipriott 69), 31-Joao Victor Teixiera, 96-Leonardo Da Silva – Coach: Joseph Grech

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 8-Jake Grech, 9-Kemar Reid (7-Mattia Veselji 88), 11-Thiaguinho (97-Emerson Santos De Souza 46), 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri, 20-Matias Niacolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (79-Guy Serge Cedric Yameogo 8), 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro (4-Oualid El Hasni 70), 70-Fernando Augusto De Araujo – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES:  Mitchell Scerri, Robert Curtis

RABA’ UFF:  Alex Johnson

SKORERS: K. Reid 57, F. Sasere 95 pen (F)

AMMONITI: G. S. C. Yameogo, K. Reid, C. Mafoumbi (F), P. Afriyie (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport