Floriana ……..4
Naxxar L. ……0
Minn Cristian Muscat
Floriana komplew jikkonvinċu meta warrbu l-isfida ta’ Naxxar Lions mingħajr wisq tbatija hekk kif għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0, b’dawn tal-aħħar jonqsu milli jindirizzaw xutt wieħed lejn il-lasti avversarji.
Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta meta Carlo Zammit Lonardelli, żmarkat għal kollox, xeħet pass lejn Franklin Sasere izda dan m’għamilx kuntatt mal-ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.
Żewġ minuti biss wara, il-Furjaniżi fetħu l-iskor meta Jake Grech kellu xutt salvat parzjalment mill-goalkeeper Matthias Debono, u mir-rebound CARLO ZAMMIT LONARDELLI kien pront u minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
Huma komplew fuq l-offensiva u fit-32 minuta Franklin Sasere mill-viċin kellu konklużjoni ferm erratika li ma ħolqot l-ebda periklu għad-difiża Naxxarija.
Fit-43 minuta, Floriana rduppjaw meta minn azzjoni ta’ free-kick, mogħti minn Jake Grech, OWEN SPITERI, xeħet fix-xibka minn pożizzjoni ideali.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Floriana komplew bl-istess ritmu tal-ewwel waħda u fit-52 minuta għamluhom tlieta meta f’azzjoni intelliġenti, il-ballun wasal għand FRANKLIN SASERE li mill-viċin spara ġewwa.
Sitt minuti wara, huma kellhom f’saqajhom il-ballun tar-raba’ goal iżda Jake Grech falla mill-viċin.
Peró, fit-68 minuta, kompliet ix-xalata ta’ goals hekk kif il-Greens skorjaw ir-raba’ goal meta minn pożizzjoni ideali, FRANKLIN SASERE ma żbaljax biex irreġistra doppjetta personali.
Huma komplew jippersistu u, fit-80 minuta, Sasere ra x-xutt tiegħu jiġi salvat minn Debono.
Erba’ minuti wara, l-istess Debono salva parzjalment fuq Sasere u mir-rebound reġa’ ċaħħad lill-attakkant Niġerjan iżda kien megħjun mill-mimduda.
FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech (16-Emerson Piscopo 81), 12-Dunstan Vella (13-Dejan Farrugia 81), 17-Owen Spiteri (28-Nathan Joyce 81), 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (5-Gerrard Cann Rodgers 72), 25-Julian Gonzalo Gamarra, 27-Franklin Sasere, 79-Guy Serge Cedric Yameogo, 97-Emerson Santos De Souza (6-Antiago De Flavia 72) – Coach: Darren Abdilla
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 5-Owen Portelli (14-Kyle Debono 46), 7-Takuma Yamaguchi (22-Staline Degabriele 78), 8-Neil Pace Cocks (28-Giuseppe Bonanno 19), 9-Francis Jno-Baptiste, 10-Edson Farias Cerqueira (24-Olalekan Opajobi 78), 15-Ryan Gilmour Cassar, 21-Matthias Fenech (13-Kayne Haber 46), 25-Fernando Barbosa Pereira, 31-Degran Jackson, 44-Ito Yasukaze – Coach: George Vella
REFEREE: Alex Johnson
ASS. REFEREES: Mark Ciantar, David Castillo
RABA’ UFF: Philip Farrugia
SKORERS: C. Zammit Lonardelli 21, O. Spiteri 43, F. Sasere 52, 68 (F)
AMMONITI: O. Portelli (NL)