Trust Payments Floriana Young Stars u Qormi Daikin se jkunu qed jipparteċipaw fil-Euro Hockey Challenge bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju.
Iċ-champions tas-sena 2024 se jilagħbu fil-belt Litwana ta’ Siauliai fejn jinsabu fil-Euro Hockey Challenge 2 u fejn se jilagħbu f’pool B kontra HC Luxembourg, Roslagens IF tal-Iżvezja u Futuset Landhockey Club tan-Norveġja. Huma jibdew l-impenji tagħhom kontra Roslegens nhar il-Ġimgħa fl-10.15am.
Mill-banda l-oħra, Qormi Daikin se jkunu qed jipparteċipa fil-Euro Hockey Challenge 3 f’Oslo, in-Norveġja fejn telgħu biex jilagħbu kontra Vilnius Zuvedra tal-Litwanja u Hockey Team 85 tal-Finlandja. Huma jibdew l-impenji tagħhom nhar il-Ġimgħa wkoll meta fis-1pm jaffaċċjaw lil Hockey Team 85.
Wara dawn il-logħbiet, iż-żewġ timijiet Maltin se jkunu qed jilagħbu għall-postijiet l-aktar għolja bit-tama li jtemmu fl-aqwa pożizzjoni possibbli fl-impenji li se jkollhom.