Sunday, December 22, 2024

Flotta globali għar-Rolex Middle Sea Race 2022

Aqra wkoll

Flotta globali reġgħet wieġbet għas-sejħa tar-Rolex Middle Sea Race, bit-43 edizzjoni tattira flotta ta’ 120 jott minn 25 pajjiż, fosthom l-Awstralja, New Zealand, il-Kanada u l-Istati Uniti, kif ukoll il-biċċa l-kbira tal-Ewropa. Ħames maxi multihulls u żewġ maxi monohulls huma mistennija li jmexxu l-kariga madwar il-korsa ta’ 606 mil nawtiku, għalkemm b’pass aktar bil-mod mis-sena l-oħra. It-tbassir prevalenti huwa għal tellieqa tar-riħ ħafif, b’kuntrast sħiħ mal-kundizzjonijiet tal-2021.

Multihulls

Ftit mill-jottijiet ewlenin huma l-ħames trimarans li jinkludu t-Taljan ta’ Giovanni Soldini, Maserati Multi70. Rebbieħ tal-unuri tal-linja tliet darbiet fl-2016, 2018 u 2020, Mana ta’ Riccardo Pavoncelli kien it-tieni fuq l-ilma wara Maserati fl-2020, iżda rebbieħ taħt il-korrezzjoni tal-ħin MOCRA. Alexis Barrier, il-baħri professjonali Franċiż li kkompeta fl-aħħar Vendée Globe huwa fost l-ekwipaġġ ta’ Mana, flimkien ma’ Paul Larsen tal-fama ta’ Sailrocket. It-tliet jottijiet inqas magħrufa, f’termini ta’ din it-tellieqa, huma: Snowflake ta’ Frank Slootman (USA) Zoulou (FRA) ta’ Erik Maris b’Sidney Gavignet u Axciss tal-baħri Taljan, Cosimo Malesci.

Maxi Monohulls

Il-konkors tal-unuri tal-linja tal-monohulls hija mistennija bejn il-Leopard 3 ta’ 30.48 metru.  Bullitt ta’ Andrea Recordati qed jgħamel id-debutt tat-tellieqa, iżda fih tim b’talent inkluż ir-rebbieħa tat-tellieqa tal-oċean, Joca Signorini.

50 pied

Fost din il-kategorija, Red Bandit, it-TP52 ta’ Carl-Peter Forsterjista’ jkun wieħed li japprofitta mill-kundizzjonijiet imbassra tat-temp.

40 pied

F’din il-kategorija hemm diversi kontendenti fosthom numru ta’ jottijiet Maltin.  Fost dawn hemm l-Elusive 2 tal-aħwa Podesta, it-tim ta’ Artie III ta’ Lee Satariano u Christian Ripard,  rebbieħ tat-trofew prinċipali fl-2011 u 2014. Jott ieħor ta’ potenzjal huwa Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin.

30 pied

F’din il-flotta wieħed isib numru ta’ jottijiet fosthom il-Franċiż Raging Bee ta’ Jean-Luc Hamon, is-Sun Fast 3300 Red Ruby ta’ Jonathan McKee, Solenn for Pure Ocean (FRA) ta’ Ludovic Gérard. Numru ta’ Maltin ser jkunu parti min din il-flotta fosthom iż-żewġ jottijiet tal-Fondazzjoni Jarhead, il-J/109s JYS Jan u JYS Jarhead, ekwipaġġati minn baħrin żgħażagħ lokali. Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele, fuq Vivace, li din is-sena ser jikkompetu b’ekwipaġġ komplut minflok fil-kateogrija double handed, filwaqt li Sebastian Ripard, skipper tal-J/99 Calypso se jkollu bżonn l-esperjenza konsiderevoli kollha tiegħu għal din it-tellieqa

It-43 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race bdiet illum fil-11.00am mill-Port il-kbir.

Ekonomija

Sport