Saturday, December 21, 2024

Flotta varjata tieħu sehem fl-ewwel avveniment għall-jottijiet għall-inawgurazzjon tal-istaġun tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club

Aqra wkoll

Ir-Royal Malta Yacht Club ospitat l-ewwel avveniment tiegħu għall-jottijiet għall-2022 fi tmiem il-ġimgħa li għadda fejn, minkejja tbassir ta’ riħ mhux inkoraġġanti ħafna, flotta diversa, b’għaxar dgħajjes varjati salpaw fuq korsa ta’ tul medju ta’ 12.5 mil nawtiku.

L-Uffiċjal tat-Tellieqa Peter Dimech bagħat il-flotta lejn in-Nofsinhar ta’ Malta lejn il-Munxar u lura lejn il-linja finali ħdejn ir-Royal Malta Yacht Club. Din id-deċiżjoni ttieħdet bit-tama li r-riħ imbassar jippermetti li jitjieb ftit. Sfortunatament, dan ma kellux ikun.

Dan huwa parti mill-isport tal-ibburdjar, li huwa ferm dipendenti tal-elementi. Il-konsolazzjoni kienet li x-xemx poġġiet wirja tajba. ” irrimarka Peter Dimech

Wieħed ma setax jiġi akkużat li ħaseb li din kienet regatta J Boat, bl-erba’ entrati jkopru mill-inqas għoxrin sena tal-mudelli ta’din id-ditta ta’jottijiet ta’ suċċess. Mill-eqdem (li kienu qedin jieħdu sehem) J92 Pep ta’ Mark Camilleri, sal-aktar waħda ġdida l-J99, Lartista ta’ Anton Calleja. Il-Grand Soleil 58maestuż, Miame Too, dejjem jiddomina l-linja tal-bidu, mill-inqas bid-daqs kbir tagħha.

L-ewwel jott li ħarpet mill-port kienet il-J92 ta’ Mark Camilleri, Pep, Hi kienet segwita mill-qrib mir-Reflex 38 Vivace ta’ Andrew Agius Delicata u l-ICE52 Otra Vez, il-jott il-ġdid ta’ Aaron Gatt Floridia. Il-vantaġġ ta’ Pep kien ta’ ħajja qasira hekk kif il-flotta ħarġet mill-bokka tal-port b’Vivace fuq quddiem. Il-vantaġġ ta’ Vivace ġie sfidat b’suċċess minn Otra Vez li pożizzjonat lilha nnifisha quddiem ir-Reflex 38.

L-unuri tal-linja marru għand OtraVez, wara li l-ekwipaġġ tagħha koprew id-distanza f’inqas sagħtejn u 45 minuta, b’vantaġġ ta’ aktar minn ħamsin minuta bejn Vivace ta’ Andrew Agius Delicata. Inqalgħet bi tmiem mill-qrib ħafna bejn Miame Too u Moondust b’tal-ewwel għadda bi ħames sekondi biss.

Il-kumplament tal-flotta spiċċat fi żmien 80 minuta bil-cruiser Dufour 40 Spirit of the Winds ta’ Simon Xuereb jagħlaq it-tellieqa.

“Kien sabiħ li wieħed jara flotta bħal din daqshekk kmieni fl-istaġun, għalhekk qed nistennew għal flotta oħra b’saħħitha, b’possibilment b’aktar dgħajjes jingħaqdu fit-tieni tiġrija tas-Serje, skedata li ssir nhar il-Ħadd 20 ta’ Frar.” temm Peter Dimech.

Ladarba l-klassifikazzjonijiet kollha jkunu ġew ipproċessati, jinħareġ il-klassifika uffiċjali b’punteġġi bbażati fuq il-Klassifikazzjonijiet IRC individwali.

Il-punteġġ tas-Serje se jkun ibbażat fuq r-riżultat  tal-erba’ tiġrijiet kollha.

It-tellieqa li jmiss tas-Serje se ssir il-Ħadd 20 ta’ Frar.

Aktar informazzjoni dwar l-RMYC Short Coastal Race Series tal-2022 tinstab fuq www.rmyc.org

Ekonomija

Sport