Friday, October 11, 2024

Floyd Hasselbaink: José Mourinho ttrattani ħażin

Aqra wkoll

L-ex attakkant ta’ Chelsea Jimmy Floyd Hasselbaink tkellem fuq episodju li ġara madwar 18-il sena fejn irrefera għal mod ta’ kif il-coach Portugiż Jose Mourinho kien trattah mal-wasla tiegħu fi Stamford Bridge.

Hasselbaink qal li bla kliem u bla sliem hu sab ruħu barra mill-pjanijiet tal-coach imlaqqam ‘The Special One’ minkejja li kien skorja 18-il goal fl-istaġun ta’ qabel. Hu qal li ma ngħatax raġuni għalfejn kien se jitneħħa mill-club u minfloku jġibu lil Didier Drogba.

Finalment Hasselbaink qal li minkejja li hu mlaqqam bħala wieħed speċjali, Mourinho coach tajjeb iżda mhux ta’ barra minn hawn.

Sport