Saturday, December 21, 2024

F’Lulju l-inflazzjoni f’Malta kienet 2.3%

Aqra wkoll

Ir-rata tal-inflazzjoni f’Malta kompliet bix-xejriet pożittivi meta mqabbla mal-medja tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ewro. F’pajjiżna l-inflazzjoni rreġistrata f’Lulju li għadda kienet 2.3%, 0.1% aktar milli kienet f’ix-xahar ta’ qabel.  L-ogħla rata ġiet reġistrati fis-settur tar-ristoranti u l-lukandi. Fl-istess xahar, ir-rata annwali tal-inflazzjoni uriet tnaqqis sostanzjali ta’ 3.3% mqabbla ma’ Lulju tas-sena l-oħra meta l-inflazzjoni f’pajjiżna laħqet 5.6%.

L-inflazzjoni annwali taż-żona tal-ewro kienet ta’ 2.6% f’Lulju 2024, żieda minn 2.5% f’Ġunju. Sena qabel, ir-rata kienet 5.3%. L-inflazzjoni annwali tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 2.8% f’Lulju 2024, żieda minn 2.6% f’Ġnju. Sena qabel, ir-rata kienet 6.1%. Dawn iċ-ċifri huma ppubblikati mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

Sadaittant, skont l-aħħar tbassir tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta mistenni jikber b’4.4% fl-2024. It-tkabbir huwa mistenni li jimmodera għal 3.5% u 3.4% fl-2025 u fl-2026 rispettivament.

Dan jimplika reviżjoni marġinali ’l fuq għall-2024 u reviżjoni marġinali ’l isfel għall-2026, meta mqabbel mal-eżerċizzju preċedenti ta’ tbassir tal-Bank. Matul dan il-perjodu, it-tkabbir mistenni li jkun xprunat mid-domanda domestika, li mistennija tibbenefika minn tkabbir b’ritmu mgħaġġel fil-konsum privat kif ukoll irkupru gradwali fl-investiment privat.

Il-kontribut tal-esportazzjoni netta mistenni wkoll li jkun pożittiv iżda f’livell aktar baxx minn dak tad-domanda domestika. Dan il-kontribut huwa mistenni li jonqos maż-żmien. It-tkabbir fl-impjiegi mistenni li jimmodera, għalkemm minn rati għoljin, bir-rata talqgħad mistennija tibqa’ qrib it-3%. 

Il-paga medja mistennija tikber b’rata ferm aktar mgħaġġla fl-2024. Dan parzjalment b’reazzjoni għall-inflazzjoni rreġistata fil-passat riċenti u suq tax-xogħol ristrett. Minn hemm ’il quddiem ir-rata tat-tkabbir mistennija li timmodera xi ftit, hekk kif l-inflazzjoni tkompli nieżla. 

Il-Bank Ċntrali jsemmi wkoll li l-proporzjon tad-defiċit tal-gvern ġenerali fil-Prodott Domestiku Gross (PDG) mistenni jinżel għal 4.1% fl-2024, u li jkompli jonqos matul il-kumplament tal-perjodu tat-tbassir għal 3.1% sal-2026. Madankollu, il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali fil-PDG mistenni li jiżdied matul il-perjodu tat-tbassir u jilħaq il-livell ta’ 54.1% sal-2026. 

Min-naħa fiskali, il-Bank Ċntrali jgħid li r-riskji jafu jfissru żieda fid-defiċit. Dawn jirriflettu prinċipalment il-possibbiltà ta’ iktar infiq rikorrenti, inkluż infiq ogħla milli mistenni fuq miżuri li jtaffu l-effetti tal-ispejjeż marbuta mal-enerġija dment li l-prezzijiet tal-prodotti jkunu ogħla milli preżunt.

Hemm ukoll possibbiltà ta’ żidiet addizzjonali fil-pensjonijiet u l-pagi pubbliċi lejn l-aħħar tal-perjodu tat-tbassir. Jekk dawn ir-riskji jimmaterjalizzaw, dawn mistennija jiġu parzjalment ikkumpensati bil-probabbiltà ta’ konsolidament fiskali biex jikkonformaw mar-regoli fiskali tal-Unjoni Ewropea. 

Ekonomija

Sport