L-MUMN min-naħa tagħha qalet li wara diskussjonijiet li damu madwar 7 sigħat, intlaħaq qbil bejn il-partijiet konċernati u b’hekk se tkun qed tissospendi l-azzjonijiet industrijali li kellhom jibdew minn dalgħodu.
L-MUMN żiedet tgħid li tinsab konxja li se jkun hawn żieda drastika fil-każi ġodda tal-Covid-19 sa mil-lum stess. Qalet ukoll li dawn in-numri mistennija jkomplu jiġu reġistrati għal numru ta’ ġimgħat. Għamlitha ċara li f’pajjiżna bdiet it-tieni mewġa tal-pandemija tal-Covid-19.
Aqra wkoll:
https://www.inewsmalta.com/2020/08/l-mumn-tissospendi-l-azzjonijiet-industrijali-mil-lum-stess/