Friday, December 13, 2024

F’Malta t-temperatura saħnet 1.54 gradi celsius fi 68 sena

Aqra wkoll

It-tibdil fil-klima qed iħalli l-effetti tiegħu wkoll fuq Malta. Dan joħroġ minn analiżi li saret u li ġiet ippublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li wriet li f’perijodu ta’ 68 sena, bejn l-1952 u l-2020, it-temperatura medja  massima f’pajjiżna żdiedet b’1.54 gradi celsius filwaqt li x-xita naqset b’71.27 millimetri. 

Il-medja ta’ xita li ġiet rekordjata f’24 siegħa ta’ dan il-perijodu ta’ snin naqset b’1.90 millimetri. L-istess analiżi turi wkoll li l-maltempati bir-ragħad żdiedu wkoll bi 8.65 ġranet.

Fl-istess waqt, l-analiżi turi li matul dawn l-aħħar 42 sena il-baħar saħan b’medja massima ta’ 2.20 gradi celsius.

Din l-analiżi tad-dejta tindika li l-klima qed issir dejjem aktar sħuna u niexfa u aktar suxxettibbli għall-estremi tat-temp.

Ekonomija

Sport