“Ninsab infurmat li fl-istorja riċenti tal-Korp, illum hija l-aktar darba li għandu premises mifuħa madwar il-pajjiż. F’Malta u Għawdex għandu 28 għassa tal-Pulizija miftuħa 24/7. Dan filwaqt li għaddej xogħol ta’ rinnovar f’numru ta’ għases li għal snin twal tħallew fi stat ħażin”.
Iddikajara dan fil-Parlament il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
Il-Ministru Camilleri spjega li għases sekondarji li tradizzjonalment kienu jkunu magħluqa jew miftuħin darba kultant, numru sabiħ minnhom ġew kkonvertew ruħhom bħala uffiċini tal-community policing fosthom f’Santa Venera, is-Swieqi, il-Floriana, Marsaxlokk u San Ġwann ma’ diversi oħrajn.
Qal li kif rifless fl-istħarriġ tal-NSO, fl-aħħar snin permezz tal-Pulizija tad-Distrett u tal-community policing ssaħħet r-relazzjoni tagħhom maċ-ċittadini u għalhekk mhux biss intlaqa’ tajjeb mill-komunitajiet tagħna iżda ħalla wkoll impatt pożittiv fuq is-soċjetà tagħna.
Irrimarla li llum hemm130 uffiċjal tal-community policing, minn erba’ pulizija fil-Mellieħa fl-2019, li juri l-impenn li l-Pulizija jkunu eqreb lejn il-komunitajiet dan filwaqt li issa qegħdin nintroduċu wkoll il-Police Patrol and Community Support Officers li huwa in linja ma’ dak li jridu n-nies, hekk kif l-istħarriġ tal-NSO juri li 80% tal-poplu Malti u Għawdxi jippreferi jara aktar Pulizija fit-toroq.
Tenna li din il-ħidma se tkompli bil-għan li naraw li Malta tinżamm fost l-aktar pajjiżi siguri fid-dinja.