Inċident waqt xogħlijiet minn kuntrattur privat li kien qiegħed jagħmel xogħlijiet għall-Enemalta fiż-żona ta’ Marsascala wassal biex fl-inħawi ntlaqtu xi cables li affetwat l-provvista ta’ l-elettriku.
Dan qalitu Enemalta permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, fejn spjegat li t-timijiet tekniċi tagħhom bħalissa qiegħdin jaħdmu biex titranġa l-ħsara.
Filwaqt li l-provvista lill-maġġoranza tal-konsumaturi tagħna ingħatat lura, l-Enemalta ser tkun qiegħda tissuplixxi ġenerators f’numru ta’ substations biex tassigura li r-residenti jkollhom il-provvista sakemm isiru it-tiswijiet neċessarji.